Żagħugħ ta’ 18-il sena jaqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żejtun

Żagħżugħ ta’ 18-il sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli minn sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żejtun. Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li ż-żagħżugħ huwa Sirjan ta’ 18-il sena li kien qed jaħdem f’sit li jinsab fi Triq Kanonku Giovanni De Domenico fiż-Żejtun.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7pm.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.