“Zack hu ħieles mill-kanċer” – missieru

Zack Mangion. Ritratt: Facebook/TimothyMangion

Read in English.

“Nirringrazzja lil Alla għal din il-ġurnata brillanti. Zack huwa ħieles mill-kanċer u wkoll niltaqgħu mill-ġdid bħala familja wara 5 xhur. Grazzi lil dawk kollha li għenuna f’dan il-vjaġġ” hekk kiteb fil-messaġġ tiegħu llum Timothy Mangion, missier iċ-ċkejken Zack hekk kif illum il-familja reġgħet ingħaqdet flimkien wara li kienu mifruda għal dawn l-aħħar ħames xhur sakemm it-tfajjel kien qed jieħu l-kura.

I thank God for this brilliant day. Zack is cancer free and also we are reunited as a family after 5 months. Thanks to all who helped us in this journey

Posted by Timothy Mangion on Thursday, January 7, 2021

Ir-ritratt ippubblikat fuq Facebook huwa xhieda tal-ferħ tal-familja Mangion hekk kif inhuma ssejrin lura d-dar.

Bla dubju li storja bħal din tnissel kuraġġ u tama fost dawk li bħalissa għaddejjin jew għandhom xi ħadd qrib tagħhom jiġġieled xi forma ta’ kanċer.

Awguri lil Zack u lill-familja Mangion għal ġejjieni sabiħ mimli saħħa.