Zach Zammit jeċċella f’Hill climb fl-Ingilterra

Zach Zammit ikkompeta fil-11 u t-12-il rawn tal-kampjonat Midland Hillclimb Championship fl-Ingilterra u kiseb l-ewwel post fil-klassi tiegħu.

Huwa rnexxielu jagħmel ħin tajjeb u kwalifika sabiex flimkien ma’ 11-il sewwieq ieħor, jikkompeti għall-aqwa ħin. Waqt din il-kompetizzjoni, Zammit kellu xi problemi tekniċi, iżda xorta waħda rnexxielu jikseb ir-4 post.

Fit-12-il rawnd, Zammit irnexxielu jikseb it-tieni post u għamilha mal-aqwa 12-il kompetitur bl-aqwa ħin. F’din il-kompetizzjoni, li s-sewwieqa kienu akbar minnu fl-età, huwa kiseb ukoll it-tieni post.

Il-kampjonat fadallu 6 rawnds oħra u bħalissa Zammit jinsab fit-tieni post.