Żabbari ħati li ttraffika d-droga eroina

Oscar Cassar ta’ 51 sena minn Ħaż-Żabbar instab ħati li f’Marzu ta’ disa’ snin ilu kellu u ttraffika d-droga eroina.
Il-Pulizija kienu sabu bosta oġġetti relatati mat-teħid tad-droga, f’garaxx.
Intqal li Cassar kien xtara d-droga mingħand raġel minn Bormla u li kien jabbuża mid-droga fil-garaxx flimkien ma’ persuna oħra.
Il-Qorti kkonkludiet li huwa kien qassam id-droga.
Cassar instab ħati wkoll li sar reċediv u ngħata s-sentenza ta’ sitt xhur priġunerija u mmultat is-somma ta’ €600.