Yvonne x’se twissih lil Etienne?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbeib u Għedewwa, Yvonne tmur l-uffiċċju ta’ Etienne biex twissih dwar Martha. X’se jgħidilha? U għaliex Etienne jirrabja ħafna? Yvonne għaliex se theddu?

Karl imur id-dar ta’ Kristianne u Brenda. X’aħbarijiet se jtuh? Karl se jaqbel ma’ dak kollu li qalulu jagħmel?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315, fl-3.45pm. Is-sensiela, bi produzzjoni ta’ Rewind, għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Repetizzjoni tal-episodju tal-lum tixxandar għada t-Tlieta fl-10am.