Yvonne għaliex tinsab inkwetata?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Decelis u lil Psaila jmorru l-ħabs biex jintervistaw lil Turu. Għaliex kien gideb u dwar xiex? Għaliex Decelis m’għadux jafdah?

Brenda tmur tagħti kejk lil Valentina biex tagħmel paċi magħha. X’se tgħidilha meta taraha? Yvonne tinsab inkwetata minħabba Nadia. X’se jgħidilha Frankie?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Velal Haber u EVelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.