Yulan Law illejla f’kompetizzjoni fir-Russja. Il-kantanta Maltija għandha 9 snin

Yulan Law ma' Erika Said minn Erseb Productions, li għamlet il-parteċipazzjoni tagħha fir-Russja possibbli

Illejla se tibda l-kompetizzjoni tal-festival ta’ New Wave fir-Russja fejn kantanti minn 11-il pajjiż se jkunu qed jagħtu sehemhom. Għal Malta se tkun il-kantanta ta’ disa’ snin Yulan Law minn Santa Venera li qed tieħu sehem.

Yulan Law fir-Russja. Ritratt: Erika Said, Erseb Productions

Yulan li għandha disa’ snin titħarreġ il-vuċi għand Nadia Vella u Glen Vella u l-parteċipazzjoni tagħha fir-Russja kienet possibbli għal Erika Said f’isem l-Erseb Productions, li huma r-rappreżentanti uffiċċjali tal-artisti Maltin għal dan il-festival.

Illejla waqt il-festival New Wave, li jibda għat-8pm, Yulan se tkun qed titla’ fuq il-palk u tinterpreta is-silta Almost There. Issir il-votazzjoni biex imbagħad il-kompetizzjoni tkompli għada meta l-kantanti kollha jerġgħu jkantaw silta oħra. Yulan fil-fatt għada tkun qed tinterpreta l-kanzunetta Don’t You Worry About A Thing.

Wara jkunu qed jingħaddu l-voti miż-żewġ serati biex jinħareġ ir-riżultat finali.

Ritratt: New Wave Festival

Nawguraw kull suċċess lil din il-kantanta żgħira.