YouTuber ta’ nisel Malti jikser rekord dinji

Il-Youtuber Marcel Bonnici ftit tal-jiem ilu ngħata tal-Guinness World Record tal-aktar persuna li bniet kastelli tal-LEGO® f’minuta.

Bonnici li jgħix f’Cumberland, Rhode Island fl-Istati Uniti, bena 17-il kastell f’minuta aktar kmieni din is-sena u b’hekk kiser ir-rekord dinji.

Newsbook.com.mt ikkuntattja lill-Bonnici li qal li l-familja tiegħu hija Maltija. Missieru, li huwa minn Għawdex, emigra lejn l-Istati Uniti 25 sena ilu iżda xorta baqa’ jżur pajjiżu kull sena fis-sajf għax huwa lejali ħafna lejn l-egħruq tiegħu.

Marcel iddeċieda li jipprova jikser ir-rekord għax huwa YouTuber tal-LEGO® akkanit. L-istazzjon tiegħu fuq YouTube, Astonishing Studios, jimmira biex jeduka u joffri divertiment permezz ta’ strutturi tal-Lego mfassla b’mod attent. L-istazzjon tiegħu huwa fost l-aktar popolari fit-tema tal-LEGO®.