YouTube jilħaq lil Facebook

Il-kumpanija Google ħabbret li YouTube laħqet lil Facebook f’dak li huwa ammont ta’ persuni reġistrati.

Il-kelliem ewlieni għal kumpanija Google, li hija ukoll sid tas-sit YouTube, saħaq, li kieku YouTube kien pajjiż, kien ikun it-tielet l-akbar fid-dinja, wara ċ-Ċina u l-Indja.

Ir-rekord il-ġdid ta’ YouTube huwa dak ta’ biljun ruħ ġodda fix-xahar. Dan ir-rekord, kien intlaħaq diġa minn Facebook, f’Ottubru li għadda.

YouTube ġie mniedi lura fl-2005 u s-suċċess tiegħu kien wieħed immedjat. Fi żmien sena, l-valur ta’ YouTube laħaq dak ta’ aktar minn 1.65 biljun dollaru Amerikan.