YouTube jibda joffri films b’xejn

Minn Ottubru tal-2018, YouTube beda juri numru ta’ films sħaħ b’xejn imma li jkunu bir-reklami. Madanakollu jidher li dawn il-films mhumiex aċċessibli minn Malta.

Skont is-sit Adage, il-pjattaforma YouTube bdiet tippromwovi films feature-length fis-sezzjoni tal-films tagħha. Fis-snin ta’ qabel, YouTube kien ukoll joffri l-għażla li wieħed iħallas biex jara ċertu films.

Ftit mill-films li hemm fuq il-lista jinkludu Legally Blonde, Rocky V, u Igor. Il-lista sħiħa tinsab hawn.