Youtube jħabbar regoli ġodda dwar riklamar fuq filmati

YouTube ħabbar li għamel xi bidliet għall-kriterji tar-riklami biex in-nies ma jibqgħux jaqilgħu l-flus billi jisirqu l-kontenut minn sorsi oħrajn.
Is-sit tal-filmati fuq l-internet qal li issa stazzjonijiet li jkollhom filmati li jkunu deheru inqas minn 10,000 darba mhux se jkunu jistgħu jaqilgħu flus permezz ta’ riklami.
Youtube qal li meta stazzjoni fuq is-sit tiegħu jkollu filmat li jkun deher 10,000 darba jkun eliġibli biex jiġi analizzat minnu biex ikun konfermat jekk dan hux qed jimxi mar-regoli tas-sit.