YouthReach jiċċelebra t-tmien anniversarju

Il-grupp YouthReach din is-sena qiegħed jiċċelebra t-tmien anniversarju tiegħu. Dan hu grupp soċjo-reliġjuż għaż-żgħażagħ li jaf fil-bidu tiegħu fil-lokalità ta’ Ħ’Attard.
Matul dawn it-tmien snin, YouthReach organizza diversi laqgħat, fosthom diskussjonijiet dwar ġrajjiet kurrenti, volontarjat kemm Malta u anke f’pajjiżi oħra, tipi differenti ta’ logħob, irtiri, ‘live-ins’ u ħafna oħrajn. 
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijet ta’ dan l-anniversarju, il-grupp nieda sit elettroniku ġdid www.youthreachmalta.org li fih diversi artikli u informazzjoni dwar il-grupp u l-membri.
Illum il-grupp sar jattira żgħażagħ minn madwar Malta kollha u mhux biss minn Ħ’Attard, grupp li minkejja li kellu mumenti diffiċli dejjem żam mal-motto tal-grupp, Be true. Be you. Persue.
YouthReach sar parti integrali fil-ħajja tal-membri. F’ħajja daqshekk impenjattiva, irnexxilhom isibu grupp ta’ ħbieb li saret it-tieni familja tagħhom. Bħal kull grupp ieħor, YouthReach kellu mumenti difficli, madanakollu, dejjem ħarsu ’il quddiem u żammew mal-motto tal-grupp: ‘Be True. Be You. Pursue.’ f’atmosfera, deskritta mill-membri ta’ l-istess grupp bħala waħda ta’ mħabba lejn xulxin.