Yorgen kien lest jgħid iktar dwar Keith, Konrad u Chris

Read in English.

L-avukati ta’ Yorgen Fenech, ilbieraħ kitbu lill-President tar-Repubblika, b’referenza għat-talba li kien diġà għamel biex jingħata maħfra.

Żiedu jgħidu li Fenech kien lest li jagħti informazzjoni dwar Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona u oħrajn, li huma kollha persuni viċin ħafna tal-Prim Ministru.

Fl-ittra qalu wkoll li huwa ċar ħafna li la l-Prim Ministru u lanqas ebda membru tal-Kabinett m’għandhom ikunu huma li jagħtu r-rakkomandazzjoni tal-maħfra.  Żiedu li Yorgen Fenech jitlob li t-talba tiegħu tkun trattata mingħajr ebda intervent ta’ dawk li jista’ jkollhom interess dirett biex tingħata l-proklama.

L-ittra tgħid ukoll li hu magħruf mill-investigaturi, li Keith Schembri għandu kull interess biex jinnewtralizza l-provi kontra tiegħu, li jikkonsistu prinċiplament jekk mhux esklussivament l-evidenza.