Yorgen isemmi lil Muscat

Aġġornat 06:48 PM

Read in English.

Yorgen Fenech semma lill-Prim Ministru Joseph Muscat fi stqarrija b’ġurament li ta lill-Pulizija bħala parti mill-interrogazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Dan ġie rrappurtat minn Lovin Malta u kkonfermat minn Newsbook.com.mt indipendentament.

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li Muscat mistenni jibqa’ Prim Ministru sal-ġimgħat li ġejjin, sakemm tiskatta t-tellieqa għall-Mexxej ġdid tal-Partit. Dan jista’ jfisser li Malta jkollha Prim Ministru ġdid sa Jannar li ġej.

Skont l-istess sit, illum, għall-ewwel darba, Fenech semma isem Joseph Muscat, għalkemm għadu mhux magħruf x’intqal.

Ilbieraħ il-Prim Ministru ħabbar li l-Kabinett iddeċieda li ma jagħtix il-maħfra presidenzjali lil Yorgen Fenech, li qed jiġi interrogat dwar l-assassinju tal-ġurnalista.

Intant, ftit tal-ħin ilu Newsbook.com.mt żvela li Joseph Muscat se jħabbar ir-riżenja tiegħu.