Filmat: Yorgen Fenech ħiereġ mill-Qorti

Read in English.

In-negozjant u sid il-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech, li qed jiġi akkużat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ħareġ mill-Qorti ftit wara d-9pm. Dan wara li fetaħ kawża kostituzzjonali fejn qed jgħid li l-preżenza tal-Ispettur Keith Arnaud fl-investigazzjoni, qegħda tikser id-drittijiet fundamentali tiegħu.

Fil-midja ġie rrappurtat li Yorgen Fenech, talab li jitneħħa l-Ispettur Arnaud mill-investigazzjoni, minħabba li possibilment kien qed jgħaddi informazzjoni lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Iktar kmieni l-Korp tal-Pulizija qal li m’hemm l-ebda bażi biex l-Ispettur Keith Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet ukoll li mhux se jitneħħa minħabba r-riżultati li nkisbu s’issa u li ilu mill-bidu jmexxi din l-investigazzjoni, bl-assistenza tal-Europol, li għadhom sal-ġurnata tal-lum involuti attivament fl-investigazzjoni.