Yorgen Fenech jitlob maħfra presidenzjali; l-AĠ jikkunsidraha

Read in English.

Sorsi infurmati qalu li Newsbook.com.mt li Yorgen Fenech, in-negozjant u sid il-kumpanija 17 Black talab il-maħfra presidenzjali. Żiedu jgħidu li l-Avukat Ġenerali qed jikkunsidra t-talba tiegħu.

L-istess sorsi qalu li d-dettalji li Yorgen Fenech jista’ jagħti lill-Pulizija huma ħafna u jistgħu jwasslu għas-soluzzjoni ta’ diversi każi.

Assassinju Daphne: Jinħareġ il-mandat ta’ arrest għal Yorgen Fenech


Meta l-Ġimgħa l-Prim Ministru Joseph Muscat kien qed jindirizza lill-ġurnalisti f’Kastilja, f’dak li jista’ jitqies bħala “Freudian Slip”, qal li “għadha ma ħarġitx l-ewwel proklama”, li mbagħad ikkoreġa lilu nnifsu u qal li hi l-unika proklama li għandu fuq l-iskrivanija.
Dan jindika li għalkemm il-Prim Ministru ma laqax il-mistoqsija b’sorpriża, dan l-iżvilupp sar wara l-10.30am.