Fenech id-dar taħt għassa; interrogazzjoni l-Ġimgħa

Aġġornat 12:20 PM

Mid-Depot għal fuq il-jott flimkien mal-investigaturi u uffiċjali tal-Europol

FILE PHOTO. Jeremy Wonnacott/Malta Government Department of Information/Handout via REUTERS

Read in English.

Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black, illejla se jkun qed iqatta’ l-lejl fir-residenza tiegħu f’Portomaso, f’San Ġiljan hekk kif ingħata l-ħelsien mill-arrest, taħt police bail. Dan wara li akkumpanja lill-investigaturi fit-tfittxijiet abbord il-jott Gio fil-marina ta’ Portomaso. Ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt segwew għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija u tal-Europol fuq il-jott kif ukoll lil Fenech hu u ħiereġ mid-Depot tal-Pulizija fil-Furjana ftit wara t-8.30pm. L-interrogazzjoni mistennija tissokta għada fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Fenech kien qed jinżamm mill-Pulizija li qisitu bħala “persuna ta’ interess” fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Assassinju Daphne: Jinħareġ il-mandat ta’ arrest għal Yorgen Fenech

Għaliex jingħata police bail?

Il-police bail jingħata meta l-Pulizija jkollha bżonn iktar ħin biex tinvestiga u jkunu nqabżu t-48 siegħa li persuna tista’ tinżamm arrestata. Meta jingħata l-police bail, il-Pulizija tkun għadha mhix f’pożizzjoni li tressaq is-suspettat b’reat kriminali.

Monique Agius

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li dan huwa żvilupp mhux mistenni u ma jeskludix li waqt l-interrogazzjoni Fenech semma persuni oħra ta’ interess għall-Pulizija.

Il-PM aġixxa waħdu

Fenech ġie arrestat nhar l-Erbgħa filgħodu. Il-jott tiegħu ġiet interċettata mill-Forzi Armati ta’ Malta. L-arrest tiegħu seħħ jum wara li l-Prim Ministru ħabbar li ta parir lill-President biex jagħti maħfra presidenzjali lil persuna li jidher li kellha informazzjoni li tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-Pulizija.

Assassinju Daphne: Il-PM jirrakkomanda maħfra presidenzjali

Il-Ħamis, il-Prim Ministru qal li l-arrest ta’ Yorgen Fenech ma kienx riżultat ta’ informazzjoni li ngħatat mir-raġel suspettat li hu s-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista. 

Filmat: L-arrest mhux minn dettalji li ta s-sensar – PM

L-istess sorsi nnutaw li kien stramb ħafna li l-Prim Ministru ddeċieda waħdu dwar il-maħfra presidenzjali u ma tkellimx mal-Kabinett. Spjegaw li għadu mhux magħruf għaliex sar dan.

Għall aktar informazzjoni kompli segwi Newsbook.com.mt

Fejn kien sejjer Yorgen Fenech?