Yorgen Fenech jerġa’ jingħata l-police bail

Read in English.

Is-sid tal-kumpanija 17 Black, Yorgen Fenech, reġa’ ngħata l-police bail. Din hija t-tielet police bail li qed jingħata Fenech.

Hu kien qed ikompli jiġi interrogat bħala parti mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Yorgen Fenech ġie arrestat nhar l-Erbgħa li għadda, wara li allegatament kien se jaħrab mill-pajjiż bil-jott tiegħu Gio.