Yoga permezz ta’ #OnTheMove Skolasport sponsorjat minn Kellogg’s

Eżerċizzju moderat u dieta bilanċjata huma wħud mill-aqwa prattiċi li persuna tista’ tagħmel biex iżżomm ruħha b’saħħitha. Il-klassijiet tal-Yoga offruti mill-programm #OnTheMove Skolasport, sponsorjati minn Kellogg’s, jipprovdu bilanċ eċċellenti għall-istil ta’ ħajja mgħaġġla tal-lum, kif ukoll mezz ta’ kif wieħed jirrilassa mill-istress u jikseb mill-ġdid l-enerġija.  
Shirley Cauchi, kowċ tal-Yoga ma’ Skolasport tispjega: “Il-Yoga hi iktar minn sempliċiment eżeċizzju fiżiku. Il-Yoga tagħtik stil ta’ ħajja tajba għas-saħħa. L-eżerċizzju tal-yoga jippermetti lill-parteċipanti jkunu fis-skiet f’dinja kunsmata minn distrazzjonijiet. L-eżerċizzji jiffokaw fuq teħid ta’ nifsijiet profondi u meditazzjoni li jgħinu biex jinkiseb moħħ trankwill u paċi interna u ‘l hemm mill-ħajja bieżla ta’ kuljum. Il-Yoga tgħin ittaffi l-istress u sserraħ il-moħħ, u b’hekk tkun aktar persuna ffukata u b’enerġija.”
Robert Portelli, il-Kap tal-Programmi #OnTheMove Skolasport qal: “SportMalta tħeġġeġ b’mod attiv lill-ġenituri u adulti biex jipparteċipaw u jieħdu sehem f’attività fiżika tal-inqas darba fil-ġimgħa.”