​Yemen: L-agħar firxa ta’ kolera fid-dinja

Il-gwerra kontinwa fil-Yemen kienet issemmiet mill-Papa Franġisku fid-diskors tiegħu lid-diplomatiċi fil-bidu tas-sena.
Dan hekk kif in-Nazzjonijiet Maqgħuda issa wissiet li l-Yemen qed jiffaċċja l-agħar kriżi tal-marda tal-kolera, fejn sal-aħħar tas-sena mistenni jkun hemm mas-600,000 każ.
L-esperti tan-Nazzjonijiet Maqgħuda jsostnu li din hija l-agħar firxa ta’ kolera fid-dinja, fejn fi tliet xhur fil-Yemen biss, kien hemm iktar każijiet ġodda ta’ din il-marda milli jkun hemn f’sena sħiħa f’kull pajjiż ieħor tad-dinja. Il-ġuħ u l-gwerra ma jgħinux.
Il-gwerra fil-Yemen bdiet fl-2015 bejn forzi tal-Gvern li għandhom l-appoġġ tal-Għarabja Sawdija, u r-ribelli tal-Houthi.  
Din wasslet biex 19-il miljun persuna mill-popolazzjoni ta’ 28 miljun fil-Yemen għandhom bżonn għajnuna umanitarja.