Yellow b’soluzzjoni innovattiva lin- negozji biex jippromwovu l-prodotti tagħhom

Read in English.

Minn din is-sena Yellow nediet prodott ġdid, il-Yellmarket. Din is-soluzzjoni innovattiva ġiet maħluqa biex toffri mod iktar kontemporanju kif negozji lokali jippromwovu l-prodotti u s-servizzi tagħhom.

Il-Yellmarket ma jesponix biss x’għandhom kumpaniji lokali – huwa mod vantaġġuż ħafna li jħeġġeġ iktar klijenti u sidien biex jikkomunikaw flimkien. Dan għaliex, il-Yellmarket juri wkoll l-istorja wara kull prodott jew servizz offrut. Grazzi għat-taħlita ta’ stampi, kontenut kreattiv u ottimizzat, kif ukoll l-element ta’ karużell dinamiku, il-Yellmarket jgħin lill-klijenti jifhmu iktar il-partikolaritajiet ta’ kull prodott u servizz li jidher fih. Il-funzjonijiet ewlenin tal-Yellmarket jinkludu il-faċilità li klijenti interessati f’xi prodott jew servizz jibagħtu mistoqsijiet jew rikjesta ta’ aktar informazzjoni dwaru direttament lin-negozju.

Aktar minn hekk, il-kumpanija jew negozju jirċievu dawn il-messaġġi direttament f’forma ta’ SMS jew email aċċessibbli mill-mobile – b’hekk il-klijenti u n-negozji jersqu iktar lejn xulxin!

Il-mod ta’ kif minn dejjem ħadmet Yellow, dak li tagħti sostenn lill-kumpaniji lokali, ma kinitx sorpriża li toħloq dan il-prodott ġdid biex tkompli tkun ta’ pjattaforma speċjalizzata għall-kumpaniji lokali u għall-pubbliku.

Dan il-pakkett joffri benefiċċji kompetittivi lin-negozji Maltin u Għawdxin kollha għaliex jagħtihom ċans jesponu l-prodotti kollha tagħhom fuq waħda mill-akbar pjattformi popolari lokalment – Yellow.

Il-kumpanija reċentament nediet sensiela ta’ kompetizzjonijiet bit-tir li l-2020 tkun daqsxejn inqas stressanti għan-negozji u l-klijenti tagħhom. Grazzi għal diversi kollaborazzjonijiet li rnexxielha tagħmel ma’ kumpaniji lokali, Yellow qegħda trebbaħ ħafna rigali permezz tal-paġna #WinBigWithYellow. Dan ifisser li jiġri x’jiġri, Yellow dejjem hemm biex tagħti l-kontribut tagħha.

Għall-premju kbir finali, Yellow se tkun qed trebbaħ Fiat Panda Hybrid lil persuna waħda
rebbieħa, grazzi għal Motors Inc – kumpanija ffukata fuq il-kwalità u dejjem fuq quddiem biex toffri soluzzjonijiet li jgħoddu għall-klijenti.

Is-sit elettroniku ta’ Yellow dejjem kien punt ta’ riferiment għall-pubbliku Malti u Għawdxi biex ifittex servizzi, prodotti jew kumpaniji b’mod affidabbli, inkluż istituzzjonijiet ta’ karità, NGOs u organizzazzjonijiet filantropiċi.

Dan it-tagħrif twassal minn Yellow.