Yellow b’rigali eċitanti biex tiċċelebra l-bidla tagħha għad-diġitalizzazzjoni

Yellow Malta

Read in English.

Fl-14 ta’ Ottubru Yellow nediet sensiela ta’ kompetizzjonjiet b’rigali eċitanti biex tiċċelebra l-bidla tagħha għad-diġitalizzazzjoni. Din is-sensiela, u l-premju finali sigriet, huma parti mill-Kampanja tal-Aħħar Ktieb. Matul dawn ix-xhur ta’ kompetizzjonijiet, li jilħqu l-qofol f’Marzu, Yellow se tkun rebbħet ħafna rigali sbieħ lil diversi rebbieħa. Ir-rigali favolużi jinkludu korsijiet tal-make-up, settijiet esklussivi ta’ ġojjellerija, vouchers x’jintefqu għand barbier, ġabra ta’ prodotti lussużi għall-kura personali, vouchers għal ġurnata spa u hampers mimlija ħlewwiet bnini.

Minn ġimgħa għal oħra l-kumpanija tħabbar rigal ġdid kemm fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook u kemm fuq is-sit elettroniku. Kull min jieħu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet jidħol ukoll fiċ-ċans li fit-13 ta’ Marzu jirbaħ FIAT Panda Hybrid 4×2 1.0 GSE 70cv E6D, ġdida fjamanta, grazzi għal Motors Inc. Il-karozza hija attrezzata b’features standard bħal remote control central locking, power steering elettroniku u parking sensors fuq in-naħa ta’ wara.

Kemm ilha li qalbet għal kollox diġitali, Yellow mhux talli kabbret id-database ta’ negozji lokali iżda ttrasformat ruħha f’kumpanija kompletament iffukata fuq reklamar diġitali permezz ta’ prodotti revoluzzjonarji. Il-prodotti ta’ Yellow issa jinkludu varjetà ta’ soluzzjonijiet li jqarrbu aktar minn qatt qabel negozji u SMEs lejn il-klijenti tagħhom. Il-pakketti jinkludu siti elettroniċi, kampanji ta’ promozzjoni fuq Facebook u anki banners promozzjonali fuq siti elettroniċi tal-aħbarijiet għan-negozji u SMEs lokali.

Barra minn hekk, Yellow, dan l-aħħar nediet ukoll il-Yellmarket – karużell f’forma diġitali ddisinjat biex jesponi prodotti u servizzi li jistgħu jixtru l-klijenti tagħhom. Madankollu, Yellow żammet il-prodotti preċedenti u tejbithom. Dawn jinkludu siti elettroniċi, soluzzjonijiet ta’ eCommerce u l-landing pages.

Motors Inc hija kumpanija li tipprovdi lill-klijenti tagħha karozzi lussużi, tal-aħħar teknoloġija u affordabbli manifatturati minn ditti tal-ogħla livell internazzjonalment fis-settur awtomobilistiku bħalma huma Alfa Romeo, Fiat, Fiat Professional, Jeep, Kia, Iveco u Hyundai. Din il-kumpanija toffri wkoll servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni, kif ukoll servizz ta’ wara l-bejgħ mill-aqwa.

Biex tkun taf aktar dwar Il-Kampanja tal-Aħħar Ktieb, segwi lil Yellow fuq Facebook u Instagram. Tista’ wkoll iżżur il-paġna tal-kompetizzjoni hawn.