Yanukovych jinsisti li hu għadu l-mexxej leġittimu tal-Ukraina

L-eks President Ukren, Viktor Yanukovych fuq xandira televiża qal li hu għadu l-mexxej leġittimu tal-pajjiż.
Dan il-messaġġ kien it-tieni wieħed għal Yanukovych minn mindu ħarab lejn il-belt Russa ta’ Rostov-on-Don.

Fid-diskors tiegħu, Yanukovych insista li apparti li hu għadu l-President leġittimu tal-Ukraina, huwa ukoll il-mexxej tal-forzi armati. Huwa insista li l-unika raġuni għala ħarab mill-Ukrajna kienet għax irċieva thedid lejh u lejn familtu.