Yanukovych imfittex għal frodi ta’ fondi pubbliċi

L-eks President Ukren Viktor Yanukovych hu mfittex mill-Interpol sena wara li ħarab lejn ir-Russja.
Yanukovych qed jiġi mfittex mill-Pulizija internazzjonali b’rabta ma’ frodi ta’ miljuni ta’ dollari ta’ fondi pubbliċi.
L-eks President tal-Ukraina tneħħa mill-kariga wara skontri bejn il-Pulizija u nies li kienu qed jipprotestaw fit-toroq f’Kiev, u li ħallew għexieren mejta.
Wara dawn l-irvellijiet, ir-Russja ħadet il-parti tal-Krimea mill-Ukraina u ħrax il-ġlied fil-parti tal-lvant tal-pajjiż.