Yana Micallef Stafrace tieħu l-ġurament bħala Maġistrat

Yana Micallef Stafrace ħadet il-ġurament tagħha bħala Maġistrat.
B’hekk fil-ġudikatura hemm 20 mara, li jirrappreżentaw 43% tal-membri kollha tal-ġudikaturi.
Dr Micallef Stafrace hija t-tielet ġudikant li nħatret bis-sistema l-ġdida fejn applikant jiġi evalwat minn kumitat indipendenti.
Waqt il-ħatra, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca awgurat lil Dr Micallef Stafrace u fakkret fil-ħidma ta’ Dr Micallef Stafrace meta kienet tmexxi l-Kummissjoni kontra l-vjolenza domestika.
Ritratt: DOI: Reuben Piscopo