Xylon ta’ Klassi Għalina jagħlaq sninu

L-attur Xylon Bristow ta’ Klassi Għalina llum qed jiċċelebra għeluq l-34 sena tiegħu. Twieled fit-18 ta’ Frar 1986. Lil dan l-attur Bormliż ħafna jassoċċjawh bħala Daitan Borg, dak li hu ffissat fuq l-aljeni u fuq is-super eroj fis-sensiela Klassi Għalina li din is-sena se tkun qed titwassal l-aħħar kapitlu minn din is-sensiela li baqgħet popolari man-nies.

Xylon kien beda jinteressa ruħu fid-drama wara li beda jitħarreġ ma’ Freespirit Acting u beda jidher f’bosta sensiliet bħal Prima Facie, Iċ-Ċaqqufa u La Famiglia. Rajnieh ukoll f’films bħal Maltageddon.

Kien permezz tas-sensiela Prima Facie li hu ltaqa’ ma’ Kylie Mizzi, u se jkunu qed jiżżewwġu fi żmien qasir.

Xylon u Kylie

L-attur hu ferm maħbub minn persuni ta’ kull età li permezz tal-karattru li jinterpreta fis-sensiela Klassi Għalina dejjem jirnexxielu jnissel tbissem.

Awguri Xylon!