Tnejn l-isptar wara li baqgħu deħlin bil-karozza f’dar

Tfajla ta’ 19-il sena u żagħżugħ ta’ 24 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li t-tfajla tilfet il-kontroll tal-karozza li kienet qed issuq u daħlet f’residenza fil-Fgura.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-2.30 pm fi Vjal Kottoner, il-Fgura.

Iż-żagħżugħ kien passiġġier fil-karozza tat-tfajla.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.