“X’weġgħa kbira ħallejtli ġo qalbi” – in-nanna tat-tarbija Elise

In-Nanna tat-tarbija Elise li mietet kawża ta’ infezzjoni fid-demm magħrufa bħala settiċemija qalet fuq Facebook li l-mewt tagħha ħallitilha weġgħa kbira f’qalbha.

Sostniet li kull nifs li kienet tieħu, kienet taħseb fiċ-ċkejkna Elise. Qaltilha biex titlob għalihom mill-ġenna u sostniet li żgur se tkun qed issebbaħ il-ġnien tal-ġenna. Iddeskrivietha bħala l-anġlu kustodju l-ġdid tal-familja.

Tmut it-tarbija bl-infezzjoni fid-demm

Ilbieraħ, il-Gvern fi stqarrija ħabbar li t-tarbija li daħlet l-Isptar Mater Dei nhar il-Ħadd li għadda u li kienet qed tbati mis-settiċemija, infezzjoni fid-demm, mietet.

Kien il-Gvern stess li waqt laqgħa mal-ġurnalisti qal li t-tarbija ta’ tmien xhur kienet qiegħda fil-kura intensiva minħabba mikrobu magħruf bħala settiċemija. Għal dawn l-aħħar jiem hija kienet tinsab f’kundizzjoni kritika.

Tarbija ta’ 8 xhur l-ITU; infezzjoni fid-demm