​Xufier u passiġġiera gravi wara inċident tat-traffiku fil-Marsa

Raġel u mara sofrew ġrieħi gravi iżda mhumiex fil-periklu tal-mewt wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro għall-ħabta tas-1.00 ta' filgħodu meta s-sewwieq, raġel ta’ 57 sena minn Ħaż Żebbuġ, tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu.
Huwa kien qed isuq fid-direzzjoni ta' Santa Luċija.
Max-xufier kien hemm passiġġiera mara ta’ 56 sena minn Raħal il-Ġdid li ittieħdet l-isptar fejn instab li wkoll kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-karozza spiċċat ħabtet mal-bankina fil-ġenb tat-triq.
Huwa mifhum li l-karozza ġarrbet ħsarat konsiderevoli.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-persuni l-isptar Mater Dei.
Ritratt: CMRU – The Malta Police Force