Xufier tat-taxi jammetti l-involviment tiegħu fis-serqa mis-Suq tal-Belt

DOI – Jeremy Wonnacott

Ġuvni mill-Belt Valletta ammetta li kien parti mis-serqa li saret it-Tnejn minn ristorant fis-Suq tal-Belt. L-ammont ta’ flus misruqa kien jammonta għal €49,000.

Il-ġuvni ta’ 23 sena hu xufier tat-taxis u ġie akkużat li kien kompliċi fis-serqa mir-ristorant. Hu kien akkużat ukoll li naqas milli jobdi żewġ settijiet ta’ kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest.

L-ispetturi tal-prosekuzzjoni qalet lill-qorti li l-akkużat kien biss ix-xufier għall-persuna li għamlet is-serqa. Il-Maġistrat tagħat lill-akkużat il-libertà proviżorja sakemm jitfassal ir-rapport fuq depożitu ta’ € 2,000 u garanzija personali ta’ € 10,000.

Aqra: Arrestati 2 irġiel li serqu eluf mis-Suq tal-Belt