Xufier ta’ vann jaħrab mill-post wara ħabta fil-Marsa

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu bejn vann u karozza.
Jirriżulta li l-karozza baqgħet sejra filwaqt li x-xufier tal-vann telaq minn fuq il-post ukoll.
Ir-raġel instab mill-Pulizija fuq in-naħa tal-passiġġier ta’ vann li ġarrab ħsarat.
Fuq il-post waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili li għenu lir-raġel joħroġ mill-vann kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħaduh l-isptar għall-kura.
Huwa ġarrab ġrieħi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Il-Pulizija mid-distretti tal-Ħamrun u Raħal Ġdid qed jinvestigaw il-każ.
In-nazzjonalità tar-raġel għadha mhix magħrufa.

Ritratt: Media Police