Xufier ta’ quad bike jweġġa’ fil-Gudja

Xufier ta' quad bike weġġa' f'inċident fil-Gudja.
Ma' Newsbook.com.mt kelliema għall-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fil-11pm qrib Triq l-Ajruport.
Rapporti qed jgħidu li kien hit and run madankollu dan ma ġiex ikkonfermat mill-Pulizija.
Il-qagħda tax-xufier u l-identità tiegħu għadhom mhux magħrufa.
Ritratt: arkivji