Xufier jeħlisha ħafif f’San Ġwann

Xufier jista' jgħodda b'waħda wara inċident f'San Ġwann bejn karozza u trakk tal-kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am fi Triq il-Pellikan waqt li l-vetturi kienu qed jinstaqu mar-randebawt.

Kelliemha għall-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Madanakollu sorsi fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li l-karozza li ntlaqtet mit-trakk kellha ħsarat estensivi u li x-xufier jista' jgħodda b'waħda.