Xufier Ċiniż jeħlisha mill-mewt meta jintlaqat minn arblu

Xufier tal-linja fiċ-Ċina qed jitqies bħala eroj wara li rnexxielu jwaqqaf ix-xarabank tiegħu minkejja li kien għadu kemm intlaqat minn arblu li faqagħlu l-‘windscreen’.

Filmat tas-CCTV juri lix-xufier Mao Zhihao jitkellem ma’ xi ħadd qabel ma nduna bil-periklu quddiemu, iżda ftit li xejn kellu ħin jieħu azzjoni qabel l-arblu kbir deher dieħel minn ġol-ħġieġ. Fl-inċident ix-xufier infaqgħetlu l-milsa.

Huwa rnexxielu jwaqqaf l-karozza qabel niżżel is-26 passiġġier li kellu abbord. Ħadd iktar ma ndarab fl-inċident.