X’tixtieq tistaqsi lill-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella?

Intervista live fuq Newsbook.com.mt u 103

DOI / Omar Camilleri

Read in English.

L-ewwel ftit xhur tal-Presidenza ta’ Dr George Vella kienet ikkaratterizzata minn waħda mill-akbar kriżijiet politiċi f’Malta. Kif għexuha din l-esperjenza? Kif inbidlitilhom ħajjithom? X’viżjoni għandhom għall-bqija tal-Presidenza?

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella se jkunu l-mistiedna ta’ Newsbook.com.mt nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar fis-2pm. Huma se jkunu intervistati minn Fr Joe Borg u Sylvana Debono.

Newsbook.com.mt jistiednek tieħu sehem f’din l-intervista billi inti wkoll tibgħat mistoqsijiet, kummenti u suġġerimenti fuq ask@newsbook.com.mt . Dak li tibagħtu jkun mistoqsi lill-President u s-Sinjura Vella waqt l-intervista nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar fis-2pm b’ripetizzjoni l-għada bejn is-1pm u s-2pm waqt Newshour fuq l-istazzjon tar-radju 103.

Kull imejl li tintbagħat irid ikollha identifikazzjoni, iżda jekk tixtiequ li l-isem ma jissemmiex, tistgħu tindikaw dan fl-imejl. Il-kunfidenzjalità li tixtiequ, tkun irrispettata.

Tistgħu tibagħtu mistoqsijiet kummenti u suġġerimenti sa nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar f’nofsinhar jew tiktbu kumment hawn taħt.