X’tixtieq tistaqsi lill-Arċisqof?

Se jwieġbek LIVE fuq Newsbook.com.mt

Archbishop Charles J Scicluna
L-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna

Read in English.

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna se jkun il-mistieden ta’ Newsbook.com.mt nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar f’nofsinhar. Huwa se jkun intervistat minn Fr Joe Borg. 

Newsbook.com.mt jistiednek tieħu sehem f’din l-intervista billi inti wkoll tibgħat mistoqsijiet, kummenti u suġġerimenti fuq ask@newsbook.com.mt. Dak li tibgħat ikun mistoqsi lill-Arċisqof Scicluna waqt l-intervista nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar f’nofsinhar b’ripetizzjoni l-għada bejn is-1pm u s-2pm waqt Newshour fuq l-istazzjon tar-radju 103. 

Kull imejl li tintbagħat irid ikollha identifikazzjoni iżda jekk tixtieq li ismek ma jissemmiex, tista’ tindika dan fl-imejl. Il-kunfidenzjalità li tixtieq, tkun irrispettata. 

Tista’ tibgħat mistoqsijiet, kummenti u suġġerimenti sa nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar fl-10am jew billi tikteb kumment hawn taħt.