X’tista’ tiekol biex iżżomm qalbek b’saħħitha?

Il-mard tal-qalb jista’ jkun marbut ma numru ta’ affarijiet. Fosthom jista’ jkun marbut ma’ nuqqas ta’ Vitamina Ċ fil-ġisem. Huwa faċli li tipprovdi l-ġismek b’din il-vitamina hekk kif tista’ tieħu frott li għandhom ħafna minn din il-vitamina, bħal-larinġ, il-lumi, u l-papaya.

Ħaxix bil-weraq aħdar bħall-kale jew l-ispinaċi fihom firxa sħiħa ta’ nutrijenti utli bħal manjesju, fibra, u antiossidant li jistgħu jgħinu biex iżżomm il-qalb b’saħħitha. Dawn jgħinu jbaxxu l-livelli ta’ kolesterol ta’ densità baxxa (ħażina), jgħinu biex jitneħħa xi piż żejjed, u l-kontenut tal-manjesju tagħhom jista ‘wkoll jirregola l-pressjoni tad-demm tiegħek.

Anka t-tewm jgħin ħafna. Permezz tat-tewm tista’ tnaqqas ir-riskji ta’ mard kardjovaskulari, tnaqqas il-kolesterol u l-livelli tal-pressjoni fid-demm. Wieħed jista’ jiekol ukoll iċ-ċikkulata skura, il-legumi, il-lewż u l-pitravi.