X’tista’ tara llum l-Erbgħa fuq it-TV

Division 7, illejla fid-9pm fuq One. Dettalji aktar 'l isfel

Servizz ta’ kuljum fuq newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi li tistgħu ssegwu matul il-ġurnata.

L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm

Maxine spjegat lil Janice dak kollu li kien ġara bejn ommha Rose u l-ħabib tal-familja Leo… X’reazzjoni kellha? X’telefonata kienu qed jistennew Leo u Paul? X’se jiċċelebraw… u Leo x’qalilha lil Rose dwar il-vjaġġ li kellu jagħmel Paul?

Champions League – TVM 2 fid-9pm

F’xandira diretta il-partita Liverpool – Salzburg mill-grupp E tal-kampjonat taċ-Champions League, segwit minn programm dwar dan il-kampjonat fil-ħin tal-11pm.

Sensilhena – TVM 2 fit-8.15pm

Christine Delicata f’dan l-ewwel programm flimkien mal-mistiedna tagħha Sabrina Camilleri ser titkellem dwar il-Ħolqien. Għaliex Alla ried joħloq l-univers u d-dinja? Il-lum il-ħolqien qiegħed jiddisinjah il-bniedem? “U Alla ra li kollox kien tajjeb”. X’ġara? L-univers dejjem qed jikkrea xi ħaġa ġdida anke meta xi ħaġa tmut fih?  Dan u aktar ser ikun fid-diskussjoni. Hilary Spiteri, storiku tal-Arti jeħodna Ħagar Qim fejn hemm ‘l fuq minn 5,000 sena ilu bdiet iċ-ċivilta’ Maltija. Fl-aħħarnett Fr Brendan Gatt se jagħtina l-ħsieb tiegħu u l-aħħar messaġġ ta’ dan il-programm.

K.C. – Net fis-2.30pm

Wara li Charles joħdilha siġra tal-Milied id-dar, ħadd ma jista’ jipprevedi kif se tirreaġixxi KC minn issa ’l quddiem. Is-Sinjura Margaret tibqa’ tkun diffiċli u filwaqt li ma tippermettix diskors u telefonati personali fuq il-post tax-xogħol, hi tagħmel mod ieħor. Imma hi s-Sinjura. Tista’ tagħmel li trid! Mavis tiġiha l-għira għal Izmeria li tagħmel li trid għax tagħmel l-arja bis-Sur John. Imma għaliex iħalliha? X’hemm bejniethom dawn it-tnejn? U l-isptar … Każ ieħor għall-emerġenza. Jaqa’ raġel mill-għoli u jkun fil-periklu tal-mewt. Kif jidħlu f’dan il-każ Calvin u Karen? Julia tirċievi telefonata li lanqas f’mitt sena ma kienet qed tistenna. Min ikun ġie lura mill-Ingilterra?  Ħadd ħlief ħuha Richard

Moda, L-Istorja – One fit-8.30pm

Moda: L-istorja hija sensiela ta’ dokumentarji dwar l-istorja tal-ilbies mis-seklu 18 sal-bidu tas-seklu 20 f’Malta. Se naraw kif il-familji tat-tajjeb dejjem żammew mal-moda tal-mument u naraw il-gosti ta’ lussu fl-ilbies taghhom. Se nħarsu wkoll lejn l-ilbies popolari tal-kumplament tas-soċjetà ta’ Malta.

Division 7 – One fid-9pm

Fl-aħħar episodju tas-sitt staġun rajna lil Fr. Renè jikkonfronta lil Ray fejn qallu li sar jaf li hu missieru u li lest jikxef il-verità anki quddiem martu, iżda dan waqaf ħesrem meta tfaċċa Matthew u ndirizza lil mart Ray bħala ommu, dan ifisser li Renà u Matthew huma aħwa mill-istess missier? Franġisku fuq il-kampnar ikkonfrontat mill-ispettur Cachia wara li qatel lill- Madre. Se jirnexielu jaħrab? Jew se tilħaq tisplodi l-bomba li xegħlet bl-ispaga li laqat b’siequ l-ispettur, u jmut kulħadd? Julia tinsab bWashak quddiemha waqt li Samira mitlufa minn sensiha jew mejta f’kamra oħra. Dan ix-xenarju li qtajna bih l-episodju li għadda, x’se jiġri issa? Se jirnexielu Washak iwettaq il-pjan tiegħu li joqtolha?

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Il-ġest ta’ Bill fil-konfront ta’ Ridge jikkonvinċi lil kulħadd li llum il-ġurnata huwa raġel mibdul. Anki Brooke tammirah, filwaqt li Ridge jissuspetta ħażin.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Higinio jintlaqa’ tajjeb mir-residenti, iżda hu xejn ma jħossu komdu minħabba fil-qagħda finanżjarja tiegħu.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Raimondo jissuspetta ħażin f’Roberto u jgħaddilu ħsieb li dan qiegħed jikkonfoffa xi ħaġa kontra Fernando. Prudencio jieħu f’idejh il-ħanut li żmien ilu kellha Fe.

Tarzan – ġdid fuq Netflix

Film ieħor dwar Tarzan li fil-bidu tiegħu ma narawhx jgħix fil-ġungla tal-Afrika imma f’Londra tas-Seklu 19. Fil-fatt ikunu għaddew 10 snin minn meta Tarzan, issa magħruf bħala John Clayton III, ikun ħalla l-Afrika fejn ikun jgħix fl-Ingilterra ma’ martu Jane. Imma jinqalagħlu l-inkwiet meta jasal il-makakk Leon Rom, mibgħut tar-Re Leopold, li jivvinta mod kif Tarzan u martu jispiċċaw fil-Congo. Il-pjan ikun li jaqbad priġunier lir-raġel u jagħtih f’idejn l-akbar għadu tiegħu bi tpartit ma’ koċċ djamanti. The Legend of Tarzan ħareġ fl-2016 b’tul ta’ siegħa u 50 minuta bl-atturi prinċipali Alexander Skarsgard u Rory J. Saper.