X’tista’ tara llum l-Erbgħa 23 ta’ Ottubru fuq it-TV

Taylor tasal lura fi Beautiful. Dettalji aktar 'l isfel. Ritratt: Howard Wise/jpistudios.com

Servizz ta’ kuljum minn newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi li tista’ ssegwi llum.

L-Erbgħa 23 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm

Ritratt: Ivan Borg

X’se tagħmel Jodi? X’qaltilhom lill-ħutha? Min ġie d-dar fil-ħin li kienet ħierġa l-bieb ta’ barra? Leo ċempel lil xi ħadd… lil min u x’qallu jagħmel? X’ġara xħin Leo daħal fil-kċina u x’qalulu t-tfal?

Moda – One fit-8.30pm

Il-faxxinu tal-faldetta tibqa’ mkebbsa fil-misteru ta’ l-origini taghha u ghalkemm insibu ilbies simili fil-Mediterran, l-faldetta Maltija tibqa unika. Il-faldetta kienet isservi biex tlibbes il-mara b’mod modest meta tohrog mid-dar u din rid ikollha kapacita kif tibbilancjha fuq ras waqt li zzommha mghaluqa b’idejha u timxi biha fit-toroq Malti.

Division 7 – One fid-9pm

Neville Refalo bħala Hassan

Hassan għandu problemi oħra apparti l-qtil ta’ ommu, issa għandu l-qtil ta’ martu wkoll x’jaħbi. Se jirnexxilu? Washak kif se jibqa’ wara li qal lil Nicky x’jismu meta mar iħabbat il-bieb ta’ Amir ma’ ommu? Franġisku u Fr Michael, jista’ jkun qed jixxaqqaq xi ħaġa? X’inhi t-taħwida bejn Franġisku u Richard?

Sensilhena – TVM2 fit-8.15pm

Il-Magħmudija hija l-ewwel sagrament li nirċievu. X’inhu l-importanza tiegħu fil-ħajja tan-nisrani? Xi jfisser meta ngħidu Sagrament? U llum li tgħammed hija drawwa, skuża biex it-tifel jew tifla tkun tista’ tidħol fl-iskola tal-Knisja? Dan u aktar ma’ Christine Delicata u Clive Seychell waqt id-diskussjoni tal-lum. Fr Brendan Gatt jagħtina clip interessanti li ġiet irrekordjata ħdejn il-battisteru fil-knisja tal-Mosta. Hilary Spiteri se jitkellem dwar trittiku mill-isbaħ li jinsab fil-Mużew tal-Kattidral l-Imdina. 

Champions League – TVM 2 fid-9pm

F’xandira diretta titwassal il-partita Inter – Borussia Dortmund.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Hunter Tylo u Thorsten Kaye fi Beautiful. Ritratt: Howard Wise/jpistudios.com

Taylor tinsab lura. Steffy tinsab kuntenta għax hija konvinta li wara li kienet marret għall-kura issa tinsab tajba. Mill-banda l-oħra Liam jaf li kienet proprju Taylor li sparat fuq missieru.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Ritratt: Boomerang TV

Telmo jikseb kopja tat-testment ta’ Espineira u jipprova jitkellem ma’ Lucia biex jiġbdilha l-attenzjoni fuq il-vera intenzjonijiet taż-żagħżugħ Alday.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A

Francisca hija konvinta li Fernando mar lura fi Puente Viejo beix ikun jista’ jwettaq pjan faħxi ieħor. Iżda hu jsostni li dan mhux minnu għax hu m’għadux l-istess bniedem ta’ qabel. Min minnhom għandu raġun?

Amici Celebrities: Il-Finali – Canal5 5 fid-9.20pm

Il-finalisti

Illejla l-finali ta’ din l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-programm fejn naraw min mill-finalisti Fiilppo Bisciglia, Pamela Camassa, Ciro Ferrara u Massimiliano Varrese se jiġi dikjarat rebbieħ.

Brooklyn – Rai Uno fid-9.25pm

Żagħżugħa Irlandiża fis-snin 50 temigra lejn Brooklyn fl-Istati Uniti bit-tama li ssib ħajja aħjar. Għall-ewwel ma tkunx tista’ tidra imma meta jkun jidher li sabet l-imħabba malajr tibda taħsibha mod ieħor. Madankollu l-imgħoddi tagħha jfarrkilha l-allegrija li tkun tinsab fiha u tispiċċa li jkollha tagħżel bejn  l-Istati Uniti u l-Irlanda.

My Italy – Rai Due fil-11.40pm

Direttur u l-assistent tiegħu jduru l-Ewropa bil-ħsieb li jiġbru biżżejjed finanzi għall-film li riedu jagħmlu. Magħhom ikun hemm erbat irgiel: Pollakk, Amerikan, Daniż u Malasjan.  Jispiċċaw l-Italja u hemm jibda l-ġenn. Il-film ħareġ fl-Italja tlett snin ilu. Jaħdmu Bruno Colella u Serena Grandi.

The 7:39 – La 5 fid-9.20pm

Film drammatiku Ingliż dwar raġel li jħossu taħt pressjoni fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll iħoss li ma jkunx apprezzat minn martu w ibnu. Biex imur għax-xogħol kuljum jaqbad ferrovija u jkun hawn li jiltaqa’ ma’ mara u jaqbad konversazzjoni magħha.

The Laundromat – Netflix

Film li ħareġ din is-sena dwar l-avukati tal-kumpanija Mossace Fonseca li kienet imdaħħla f’każi ta’ ħasil tal-flus, evażjoni ta’ taxxa u kondotta kriminali oħra li nkixfu meta nħarġu l-Panama Papers fl-2016. Il-kumpanija kienet magħluqa f’Marzu tas-sena l-oħra. L-atturi prinċipali huma Meryl Street, Gary Oldman u Antonio Banderas.