X’tista’ tara llum it-Tnejn fuq it-TV

Ritratt: Ivan Borg

Servizz ta’ kuljum ta’ newsbook.com.mt b’għażla ta’ wħud mill-programmi għal-lum

It-Tnejn 7 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit -3pm

Nerġgħu nsibu ruħna għand il-psikjatra… tgħid Maxine x’se tgħidilha llum? Min kienet Sister Angela u x’kellha x’taqsam mat-tfal? U Maxine x’qaltilha dwarha lil Janice? Il-Madre kellmet lil Sister Angela… x’qaltilha… x’wissietha?

Umani – TVM fis-7pm

Illum nidħlu fl-istorja ta’ Janet Walker li f’Ġunju li għadda hi u familtha sfaw bla saqaf fuq rashom minħabba inċident tal-kostruzzjoni. Janet tgħid li.biex tipproteġi lil familtha bdiet tiġġieled għad-drittijiet u llum qed tispiċċa tiġġieled ukoll għad-drittijiet ta’ ħaddiehor.  Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat.

F’Ġieħ L-Imħabba – TVM fid-8.50pm

Bernardo u Totó tkellmu dwar dak li kien ġara… x’opinjoni għandhom? Għaliex mhux konvinti li Karmelina kienet involuta f’xi ħaġa illegali? Concetta marret imbikkma għand Ġużeppe… x’qalilha? X’qaltlu Concetta dwar meta marret tiltaqa’ ma’ Gaetano? X’għamel bihom il-kaxxi tal-inbid Bernardo? Min kien hemm qed josservahom? X’mar jagħmel għand Ġużeppe? X’intqal wara l-funeral? Fejn mar Ġużeppe… x’sab meta daħal id-dar tagħha? Bernardo mar għand Lonza… x’ġara waqt li kien qed jiekol? Fejn mar?

Iż-Żagħka – Net fid-8.45pm

L-introduzzjoni tal-Ispetturi Ludwig Shead u Antida Fleri, laqqagħtna ma’ każ pjuttost mhux tas-soltu. L-ispetturi msemmija qed jinvestigaw u jfittxu mara li għad m’hemmx identita’ għaliha. L-inħawi tad-dar il-kbira, huma tat-tkexkix.Il-counsellor Judith Ebejer tilqa’ lil Shead f’darha. Il-mara misterjuża ssib il-mazz ta’ ċwievet li waqgħu lil Spiru. Insiru nafu li ‘l mara għandha ‘l min hu kompliċi magħha.

Wheelspin – Net fid-9.50pm

It-tieni programm mill-2 staġun ta’ dan il-programm immexxi minn Fleur Balzan li se jitwassal mill-Frankfurt Motor Show. Se nsegwu wkoll il-konferenzi stampa tal-BMW, l-Electric Cars Skoda u dik tar-Rover.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Tinħass arja ta’ tensjoni fid-dar ta’ Eric meta Brooke, Katie, Donna, Thorne u Ridge jmorru biex iqattgħu serata hemmhekk.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

B’differenza min-nies l-oħra, Flora tipprova tgħin lil Ursula meta taraha f’diffikultà. Lucia tistqarr ma’ Telmo li saret tħobb lil Samuel.

Il Segreto – fl-4.10pm

Prudencio jsellef il-flus lil Lola. Carmelo u Severo jorganizzaw il-ħarba ta’ Julieta u Saul minn Puente Viejo.

Mine – mil-lum fuq Netflix

Mine huma thriller psikoloġiku tal-gwerra miktub u dirett minn Fabio Guaglione u Fabio Resinaro. Fil-film li ħareġ fl-2016 f’tul ta’ siegħa u 46 minuta jaħdem Armie Hammer. L-attur jidher bħala marine tal-Istati Uniti li waqt missjoni li tfalli jirfes landmine u jkollu jibqa’ fl-istess post sakemm tasallu l-għajnuna u jitbiegħed mill-periklu. Ikollu jistenna jumejn sakemm tasallu din l-għajnuna.