X’tista’ tara llum it-Tnejn 21 ta’ Ottubru fuq it-TV

Sorelle jkompli fuq TVM. Dettalji aktar 'l isfel

Servizz ta’ kuljum minn newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi li tistgħu ssegwu fuq l-istazzjonijiet lokali, Taljani u Netflix.

It-Tnejn 21 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm

Mument waqt il-filming tas-sensiela Sorelle, bi produzzjoni ta’ Rewind

Il-Madre u Sister Angela tkellmu dwar dak li kienet għamlet Sister Angela… għaliex din tal-aħħar kompliet tippersiti bl-istorja tagħha? Leo beda jinterroga lit-tfal dwar Maxine forsi joħdilhom xi ħaġa minn rashom…x’qalulu? X’qalilha lil Loraine u għaliex ma qablitx miegħu? Minn bagħat messaġġ lil Leo u min mar id-dar tiegħu?

Għawdex Illum – TVM fid-09.30am

Ritratt mill-wirja ta’ Victor Agius

Inżuru l-għolja tal-Fanal ta` Ġiordan, fil-punent ta` Għawdex, fejn bħalissa qiegħed isir xogħol kbir ta` restawr u rijabilitazzjoni tal-binja ikonika tal-fanal li għadha funzjonali. Mis-sala tal-wirjiet fil-Ministeru għal Għawdex, inwasslu servizz dwar il-wirja minn Victor Agius intitolata Wild Honey and Thyme. U nwasslu wkoll tagħrif dwar il-kunċert rokk Not just the wall, omaġġ lill-band leġġendarja Pink Floyd li l-Gozo Youth and Windband Orchestra ser tippreżenta nhar l-ewwel sibt ta` Novembru fit-Teatru Aurora. Għawdex Illum. Tagħrif u kultura minn Għawdex.

Lux Design – TVM 2 fin-12.30pm

Noel Bartolo jitkellem dwar tipi ta’ fireplaces. Jieħdu sehem ukoll Silvain Vella li jagħti ideat kif wieħed juża ornamenti. Carmen Ellul titkellem dwar drappijiet u kuluri għall-purtieri, waqt li Reuben Fiteni jitkellem dwar forom li jistgħu jintużaw fuq ħafna surfaces.

Montalbano – Rai Uno fid-9.25pm

La Caccia al Tesoro huwa film tal-2010 minn din is-sensiela ta’ Montalbano fejn  naraw lill-Kummissarju jistħarreġ każ partikolari li l-ħjiel għalih jibda jasallu bil-mod il-mod. Iżda min ikun qed jibagħtlu dan il-ħjiel? U xi jkun l-iskop tiegħu?

Ricette all’Italiana – Rete 4 fil-11.20am

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Mil-lum jibda staġun ġdid ta’ dan il-programm fejn Davide Mengacci u Anna Moroni jkompli bit-tfittix tagħhom biex iwasslu riċetti interessanti mill-kċina Taljani. Matul kull programm jeiħdu l-opportunità biex iwasslu kurżitajiet partikolari dwar l-ikel u l-ingredjenti li jintużaw.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Id-ditektiv Sanchez imur fl-uffiċju ta’ Bill bl-iskop li jitkixxef aktar fuq l-attent ta’ qtil li saret fuq ħajtu.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Ritratt: Boomerang TV

Alday jiddeċiedi li jbiegħ xi affarijiet tal-familja iżda donnu li ħadd ma hu interessat. Lucia tinduna li jinsab f’sitwazzjoni ddisprata u trid tgħinu.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Bejn Carmelo u Severo s-sitwazzjoni tkompli tiggrava. Iżda Irene u Adele mhumiex lesti li jaraw din il-ħbiberija tisfaxxa.

Che Bella Giornata – Canale 5 fid-9.20pm

Ritratt: Medusa

Film Taljan mill-2011 b’Checco Zalone fil-parti ewlenija. Il-film hu t-tliet l-aktar wieħed li għamel flus fil-pajjiż. Checcho jkun jixtieq isir pulizija imma qatt ma jgħaddi mill-interview. Zijuh, li jkun imlaħħaq fil-Knisjaf’Milan, isiblu post bħala uffiċjal tas-sigurtà fid-Duomo. Jum minnhom fil-post tasal Farah, tfajla Għarbija, bil-ħsieb li tpoġġi bomba hemmhekk biex tpatti talli kienu qatlulha lill-familja tagħha.

Mission Impossible: Ghost Protocol – Italia 1 fid-9.20pm

Ritratt: Paramount Pictures / Skydance Productions.

Ir-raba’ film mis-sensiela ta’ Mission Impossible b’Tom Cruise u Jeremy Renner. L-aġenzija IMF tkun akkużata b’attakk terroristiku fil-Kremlin. Il-kap tal-aġenzija jkun irid inaddaf isimhom minn din l-akkuża u fl-istess waqt ma jħallix li jsir attakk ieħor bħalma kien sar fir-Russja.

In My Country – Netflix

Meta l-Afrika ta’ Isfel għaddiet għall-apartheid, fejn dawk ta’ ġilda sewda ma kinux kjistgħi jitħalltu mal-bojod, kienet twaqqfet kummissjoni biex tara li l-ligijiet ikunu miżmuma. Ġurnalista Amerikan-Afrikan jintbagħat biex jisma’ l-każi li jiġu quddiem din il-kummissjoni li hu ma jkollux fiduċja fiha. Għalhekk biex isir jaf alktar imur jintervista eks-pulizija fil-pajjiż li kien magħruf kemm kien vjolenti mas-suwed. Il-film ħareġ fl-2004 b’tul ta’ siegħa u 43 minuta. Jaħdmu Juliette Biinoche, Samuel L. Jackson u Brendam Gleeson.

.