X’tista’ tara llum it-Tlieta fuq it-TV

Sorelle – TVM fit-3pm

X’ġara minnha Louisa? Leo u Bella tkellmu fuq it-tfal… Bella għaliex kienet inkwetata? U Maxine kif saret taf x’kien intqal dwarhom? Il-psikjatra x’opinjoni kellha dwar l-affidament tagħhom? L-avukat Inguanez kellem lil Leo u lil Bella dwar it-testment li kienet għamlu Rose u Paul… x’reazzjoni kellhom?

L-Għarusa – TVM fid-8.50pm    

Inqalgħet kommossjoni sħiħa, bdew ifittxu lil Amadeo filwaqt li Amelia niżlet ħdejh bid-dmugħ f’għajnejha. Liz u Diane narawhom fl-uffiċċju flimkien mar-rappreżentanti tagħhom. Liz qed tistenna apoloġija mingħand Diane – iżda fil-fond ta’ qalbha taf li qatt mhu ser jerġa’ jimxi kollox fuq ir-rubini bejniethom. Iżda l-istorja ma tieqafx hawn. Il-pulizija qed ifittxu lil Manwel. Għaliex? F’hiex daħal? Bejn Bernard u Amelia kien hemm naqra distanza wara li ġara. L-ispettur il-ġdid javħża lill-Familja Gauci Fontana li Fenech Lauri jinsab indispost allura l-każ issa ser jgħaddi għandu. Din l-aħbar Tonin jħoss li hi stramba għall-aħħar.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Bill isir jaf mingħand Justin li Ridge u l-Imħallef kienu qed jiltaqgħu bil-moħbi qabel ma nqatgħet is-sentenza.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Lucia tistqarr ma’ Patri Telmo li hija saret tħobb lil Samuel u tgħidlu bl-intenzjoni tagħha li tgħinu finanzjarjament.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

It-tabib Zabaleta jagħti lil Saul il-prova li kellu bżonn biex b’hekk jiġi xolt iż-żwieġ tiegħu ma’ Antolina.

Italia – Bosnija – Rai Due fil-5.15pm

F’xandira diretta titwassal logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonat Ewropej tan-nisa 2021.

All the Money in the World – ġdid fuq Netflix

Film mill-2017 tad-direttur Ridley Scott b’Michelle Williams, Christopher Plummer u Mark Wahlberg f’tul ta’ sagħtejn u 15-il minuta.  Fl-1973 kien inħataf iben il-biljunarju J. Paul Getty u kien intalab ħlas ta’ $17-il miljun biex jinħeles. Getty irrifjuta li jħallas din is-somma minkejja li kellu talbiet biex iħallas minn membri tal-familja tigħu stess u l-istess avukat tiegħu. Meta dawn raw li Getty baqa’ determinat li ma jħallasx għall-ħelsien ta’ ibnu dawn ingħaqdu flimkien fi ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw lit-tifel.