X’tista’ tara llum it-Tlieta 22 ta’ Ottubru fuq it-TV

Una Vita jkompli llum fuq Canale 5 u Rete 4. Dettalji aktar 'l isfel. Ritratt: Boomerang TV

Servizz ta’ kuljum minn newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi li tista’ ssegwi llum.

It-Tlieta 22 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm

Sorelle jkompli fuq TVM

Il-Madre u Sister Angela tkellmu dwar dak li kienet għamlet Sister Angela… għaliex din tal-aħħar kompliet tippersiti bl-istorja tagħha? Leo beda jinterroga lit-tfal dwar Maxine forsi joħdilhom xi ħaġa minn rashom. X’qalulu? X’qalilha lil Loraine u għaliex ma qablitx miegħu? Minn bagħat messaġġ lil Leo u min mar id-dar tiegħu?

Ħajjitna Ktieb – TVM fid-9.30am

Ripetizzjoni tat-tielet programm li għandu bħala mistieden lil Richard Attard, l-awtur tal-ktieb Difrejn il-Falkun. Il-ktieb huwa thriller fejn organizzazzjoni tal-gvern Malti li għandha x’taqsam mat-terroriżmu, tipprova tipprevjeni attakk terroristiku fuq il-Vatikan.

Umani – TVM fl-10.30pm

Illum titwassal l-istorja ta’ Gabriel Abela, tifel ta’ 7 snin li twieled b’kundizzjoni li tissejjaħ ‘cerebral palsy’.  Il-ġenituri ta’ Gabriel, Marcelle u Mario jirrakkuntaw it-taqtiegħ ta’ għaliex meta twieled it-tobba ma kinux jafu eżatt x’għandu.  Kawża tal-kundizzjoni li għandu Gabriel ma kienx jimxi, imma llum bit-terapija intensiva li jingħata qiegħed jimxi fuq ponot subgħajh u issa l-ġenituri qed jiġbru fondi biex jagħmlulu operazzjoni kbira fl-Istati Uniti s-sena d-dieħla, bil-għan li jiġi jimxi.  Il-programm għandu preżentazzjoni ta’ Maria Muscat. Mill-ġimgħa d-dieħla l-programm imur lura għal nhar ta’ Tnejn fis-7pm.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Brooke u Hope f’The Bold & The Beautiful. Ritratt: JPI Studios

Brooke tagħti lil Hope u lil Liam rigal għat-tarbija li se jkollhom. Taqsam magħhom il-ferħ li qed tħoss għall-mod kif żvolġiet l-istorja tagħhom.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm u Rete 4 mid-9.25pm

Ritratt: Boomerang TV

Samuel jistieden lil Luċija għal ikla fid-dar tiegħu. Hi taċċetta minkejja li huwa ovvju li Celia u Felipe ma’ ħadux gost b’din l-istedina. Meta tmur għandu, luċija tieħu magħha l-istatwa tal-porċellana msewwija.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Pablo Armero jhedded lil Prudencio. Fernando Mesia jasal lura fi Puente Viejo flimkien mal-għarusa tiegħu Maria Elena.

Futbol: Champions League – Canale 5 fid-9pm

F’xandira diretta minn Etihad Stadium titwassal il-partita Manchester City – Atalanta

Swept Away – Rete 4 fil-11.30pm

Madonna u Adriano Giannini fir-remake ta’ Swept Away

Film mill-2002 b’Madonna u Adriano Giannini li xi xeni minnu nħadmu fil-Gżejjer Maltin u kellu direzzjoni ta’ Guy Ritchie li dak iż-żmien kien miżżewweġ lill-kantanta. Adriano Giannini jaħdem l-istess parti li kien ħadem missieru Giancarlo Giannini fil-film oriġinali tal-1974. L-istorja hi dwar koppja li jispiċċaw waħedhom fuq gżira. Il-problema tkun li ma jkunu jaqblu f’xejn, anzi bejniethom kien hemm mibegħda kbira…

Replicas – ġdid fuq Netflix

Ritratt: Entertainment Studios

Film tal-2018 fejn niltaqgħu ma’ xjenzat li jispeċjalizza fin-nervituri li martu u wliedu jmutu f’inċident tat-traffiku. Ir-raġel ikun irid jagħmel clone u jiddawnlowdja l-memorji tagħhom biex joħloqhom mill-ġdid. Imma jinqalgħulu l-problemi mal-boss tiegħu, dak li kien se jgħinu, il-Pulizija u l-liġijiet fiżiċi tan-natura. Jaħdmu Keanu Reeves u Lorenzo di Bonaventura fil-partijiet ewlenin.