X’tista’ tara llum is-Sibt fuq it-TV

Sibtek fuq TVM. Dettalji aktar 'l isfel

Servizz ta’ kuljum fuq newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi li tistgħu ssegwu matul il-ġurnata.

Is-Sibt 5 ta’ Ottubru

Sibtek – TVM fis-12.45pm

Staġun ġdid ta’ Sibtek mmexxi minn Ryan Borg. F’din l-edizzjoni se naraw involviment qawwi ta’ żgħażagħ li se jkunu parti minn dan il-programm. Niltaqgħu ma’ ħafna nies b’kulur u dehra differenti u se jirrakkuntaw stejjer reali li ġrawlhom. Niltaqgħu ma’ nies popolari Maltin li kienu ddiskriminati u mweġġa’ minn kummenti li għaddew in-nies fuq il-midja soċjali. Ma tonqosx il-mużika u l-logħba The Box li din is sena kull min se jilgħab se jkun rebbieħ.

Sorelle – Catch Up – TVM 2 mill-11am

Ripetizzjoni tal-ħames puntati wara xulxin ta’ Sorelle, li ntwerew matul il-ġimgħa fuq TVM fit-3pm. Naraw il-bidu ta’ din l-istorja li għandha kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind, u naraw l-istorja ta’ ħames aħwa li ħajjithom tinbidel wara li sseħħ traġedja fil-familja tagħhom.

BOV Premier League – TVM2

Żewġ partiti minn dan il-kampjonat.

Fis-2.30pm partita rikordjata B’Kara – Valletta

Fil-5pm, xandira diretta tal-partita Hibs – B’Kara

Aħbar Tajba – TVM 2 fis-6.15pm

Għal dawn l-erba’ Ħdud ta’ Ottubru morna l-Oratorju mssp f’B’kara fejn Elisa Saliba wara li qrat l-Evangelji tkellmet ma’ Fr Martin Cilia mssp fejn spjega bir-reqqa t-tifsira ta’ dawn l-Evanġelji skond San Luqa.   L-ewwel Vangelu jitkellem dwar meta l-appostli qalu lill-Gesu “Kattar fina l-fidi”.  U Gesu wegibhom u taghom zewg ezempji biex jurihom kemm il-fidi hija mportanti fil-hajja tal-bniedem. Fil-fatt Fr Martin, b’ezempji li jgib anke meta jitkellem dwar il-   qaddiesa Santa Teresa ta’ Kalkutta, jghid li ghalkemm mhix facli li temmen f’xi haga li ma tarax, jekk thobb din issir facli. Produzzjoni ta’ CPI Media.

JienInt – Net fl-4.30pm

Francesca Polidano tistieden lil Fr Louis Mallia mssp u lil Pauine Dimech biex jitkellmu dwar kif il-bniedem jista’ jidħol fil-bieb tal-Ħajja ta’ dejjem, jew aħjar kif jispjega Ġesù stess il-Bieb id-dejjaq. X’inhu dan il-bieb? Ġesù x’jirrikjedi minna f’ħajjitna?  Kif nistgħu ngħixu hawn fid-dinja llum? Huwa faċli li dejjem inkunu ħanina, twajba, u rispettużi ma’ kulħadd anke jekk wieħed jagħmlilna d-deni? Qabel ma tibda d-diskussjoni fl-istudjos Francesca marret tintervista lil Fr Louis u lil Sister Rachel fil-kunventi tagħhom biex insiru nafuhom ftit aktar. Wara huma mistiedna biex jiddiskutu dan is-suġġett.  


The Entertainers – Net fit-8.30pm

Salvu Mallia, Jackie Bartolo u Nigel Borg Cardona, il-kantanti Laura Bruno, Lyndsay Pace, Michela Galea u DAN, flimkien ma’ żeffiena minn Strictly 360 Dance Academy se jkunu fost il-mistiedna ewlenin waqt l-ewwel programm mill-ħames staġun ta’ dan il-programm, li din is-sena se jinkludi r-rokna ta’ diskussjoni Aħna l-Maltin. Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti kif aħna l-Maltin inħarsu lejn l-annimali. Fil-programm tal-lejla nsiru nafu wkoll l-ismijiet tal-kantanti li għaddew għall-ewwel fażi tal-ħames edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge. Jippreżenta Janvil b’divertiment flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ. Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Eric jassisti għal argument jaħraq bejn Quinn u Pam dwar l-andament tat-tieġ bejn Pam u Charlie. Steffy timpenja ruħha għall-isfilata li se tittella’.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Żewġ puntati wara xulxin ta’ din it-telenovela Spanjola. Trini tipprova tqanqal mill-ġdid l-interess f’Ramon biex isir missier. Iżda hu ma tantx jidher li jixtieq jerġa’ jimtela’ bit-tama.

Il Segreto – Canale 5 fit-3.15pm

Marchena ssib ktejjeb żgħir ta’ Prudencio u taqa’ fit-tentazzjoni biex taqra dak li hu jkun jikteb fih. Isaac jasal lura fi Puente Viejo u jaffronta lil Antolina.

Amici Celebrities – Canale 5 fid-9.20pm

It-tielet programm ta’ dan ir-reality show fejn tkompli t-taqtigħa bejn il-membri taż-żewġ timijiet. Illejla naraw eliminazzjoni oħra.

The Dolphin Kick – ġdid fuq Netflix

Film għall-famija kollha li ħareġ f’Jannar ta’ din is-sena bl-atturi Axie McCoy, Tyler Jade Nixon u Travis McCoy. L-istorja sseħħ fuq gżira tropikali fejn ikun hemm tfajjel li jkun għadu ma ġiex f’tiegħu wara l-mewt mhux mistennija ta’ ommu. Waqt li jkun fuq il-gżira jagħmel ħbieb ma’ denfil li bis-saħħa tiegħu jerġa’ jrabbi l-kuraġġ biex jinżel mill-ġdid fil-baħar. Fl-istess waqt flimkien ma’ missieru jaħdem biex ma jinqatilx id-denfil.