X’tista’ tara llum is-Sibt 19 ta’ Ottubru fuq it-TV

Araniissa jkompli fuq One fit-8.30pm. Dettalji aktar 'l isfel. Ritratt: The Fotografer

Servizz ta’ kuljum minn newsbook.com.mt fejn jitwassal tagħrif fuq għażla ta’ programmi tal-ġurnata fuq l-istazzjonijiet lokali, Taljani u Netflix.

Is-Sibt 19 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM2 fit-8am

Sorelle: Ritratt: Ivan Borg

Għal din il-ġimgħa r-ripetizzjoni tal-ħames puntati li xxandru matul din il-ġimgħa se jixxandru f’ħin aktar kmieni minħabba li aktar tard se jkun hemm ix-xandira diretta tar-Rolex Middlesea Race. Fil-puntati li se naraw illum nibdew billi nsibu ruħna fl-uffiċċju ta’ Janice… Maxine marret liebsa parrokka… għaliex? Kif baqgħu Maxine u Jodi u Leo x’qalilhom… Bella kif qed tħossha? Samantha qed tipprova tagħmel xi ħaġa… flimkien naraw xiex. U għaliex l-aħwa li kienu daqshekk maqgħudin issa ġew fl-idejn?

Middlesea Race – TVM2 fl-10.30am

L-40 edizzjoni tal-ewwel edizzjoni tat-tellieqa klassika ta’ 600 mil fil-Mediterran, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club.

Sibtek – TVM fis-12.45pm

Programm li matulu se naraw bħala mistiedna imitaturi ta’ artisti kbar bħal Elvis Presley, Tina Turner, Tom Jones u Michael Jackson, iżda fuq kollox huwa programm speċjali u differenti mis-soltu hekk kif Ryan u Josmar jwasslu filmati mid-dar ta’ Elvis Presley fi Graceland, fl-Istati Uniti.

Michael McIntyre Big Show – TVM fid-9pm

Michael McIntyre huwa wieħed mill-aktar kummidjanti popolari fid-dinja. Bil-ħila distintiva, il-vuċi komika, u x-xagħar mitluq tiegħu, Michael McIntyre jiddomina l-palk u jippreżenta dan l-ispettaklu kontemporanju għall-gost tal-familja kollha s-Sibt filgħaxija

Be Our Guest – Net fit-3pm

Dulcima Aquilina u l-kok Daniel Grech jwasslu edizzjoni oħra ta’ dan il-programm fejn il-mistieden illum huwa Peter Busuttil.

JienInt – Net fl-4.30pm

Francesca Polidano twassal intervista rrikordjat ma’ Fr Karm Debattista mssp, li llum qiegħed fil-missjoni mssp fil-Pakistan. Titkellem ukoll ma’ Kenneth Frendo li sentejn ilu ġarrab il-mewt tat-tifel Jerome. Kemm hu faċli jew diffiċli li tibqa’ temmen li hemm Alla anke wara li tkun ġratlek diżgrazzja? Kemm jiġuk mistoqsijiet mingħajr ma tkun tista’ ssib tweġiba għalihom?  Tista’ tibqa’ temmen li hemm Alla fuq kollox u kulħadd?

The Entertainers – Net fit-8.30pm

L-attriċi Josephine Mallia u l-personalita televiżiva Mark Laurence Zammit, il-kantanti Kurt Calleja, Jade Vella, Sebastian Calleja u Gail Attard flimkien ma’ żeffiena minn Dancel Dance Studio se jkunu fost il-mistiedna ewlenin tal-lejla. Minbarra l-mużika LIVE u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, attrazzjoni ġdia minn dan l-istaġun hija d-diskussjoni ‘Aħna l-Maltin’. Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti flimkiena ma’ panel ta’ personalitajiet popolari jekk aħna l-Maltin a Aħniex kburin b’art twelidna. Fil-programm tas-Sibt li ġej jingħata bidu għall-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge fejn insegwu l-ewwel 5 kantanti mis-sezzjoni taż-żgħar. Jippreżenta Janvil.

Araniissa – One fit-8.30pm

Il-programm jeħodna Ħaż-Żebbuġ għand nanna jisimha Nina.  Din hija nanna tal-ġenn, maħbuba min-neputijiet kollha tagħha, neputijiet anke ta’ karnaġġjon differenti minna li ġew addottati u li jgħidu bla tlaqliq li Nina hija nanna eċċezzjonali u li tħobbhom bla kundizzjoni u bla preferenzi. Hija nanna Maltija li tagħmlilna unur. Saritilha nominazzjoni biex issirilha trasformazzjoni denja ta’ regina! Però żgur li l-istorja ta’ Malakai se tisraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Malakai hu tifel li għadda minn ħafna diffikultajiet u problemi ta’ saħħa, iżda li trabba fl-għożża tal-familja tiegħu b’omm u missier li jħobbu lilu u lil ħuħ. Malakai ried juri lil Malta u Għawdex kollha li fid-dinja ma trid taqta’ qalbek qatt u li minkejja l-ostakoli kollha li huwa iltaqa’ magħhom, xorta waħda rnexxilu jegħleb id-dffikultajiet li huwa ffaċċja.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Scott Clifton u Jacqueline MacInnes Wood f’The Bold and the Beautiful. Ritratt: Howard Wise/jpistudios.com

Bill jibda juri ħafna mħabba lejn iċ-ċkejken Will. Katie mill-ewwel tintebaħ b’dan u tibda terġa’ taħsibha dwar il-kustodja tat-tarbija.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Ritratt: Boomerang TV

Leonor tirrabja ma’ ommha wara li din tgħidilha b’dak li tkun għamlet f’isimha.

Il Segreto – Canale 5 fit-3.10pm

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Lola tmur biex tikkanċella l-ordni li tkun għamlet minħabba li se jkun hemm inqas mistiedna mill-ħasbet għat-tieġ tagħha. Prudencio però jissuspetta li hemm xi ħaġa aktar minn hekk wara din l-istorja.

Verissimo – Canale 5 fl-4.10pm

Silvia Toffanin tippreżenta edizzjoni oħra ta; dan il-programm li llum se jinkludi bħala mistieden lillpreżentatur Paolo Bonolis li se jitkellem fuq bosta affarijiet fosthom uliedu kif ukoll l-ispiritwalità.

Tu Si Que Vales – Canale 5 fid-9.20pm

Ritratt: Uffiċju stampa: Mediaset

Edizzjoni ġdida ta’ dan il-varjetà tas-SIbt filgħaxija fejn jista’ jieħu kull min jemmen li għandu xi talent. M’hemmx età u m’hemmx nazzjonalità. Huwa miftuħ għal kulħadd. Belen Rodriguez, Martin Castrogiovanni u Alessio Sakara jippreżentaw dan l-ispettaklu filwaqt li Maria De Filippi, Rudy Zerbi, Gerry Scotti u Teo Mammucari jagħmluha tal-ġurija. Se tkun qed tingħaqad ukoll magħhom Sabrina Ferilli.

Inga Lindstrom: The House By The Lake – La5 fid-9.10pm

Ritratt: ZDF/Arvid Uhlig

Film Ġermaniż tal-2017 mnebbaħ minn rumanz ta’ Inga Lindstrom. Il-ħolma tal-veterinarja Liv Borgen hi li tmur lura Nyköping, il-post fejn twieldet u trabbiet. Illum il-ġurnata hemm veterinarja u hi tixtieq li taħdem magħha. IX-xewqa tagħha tibda timmaterjalizza, iżda mhux kulħadd ikun qed jaraha f’dawl sabiħ

Storks – Italia 1 fid-9.20pm

Film tal-cartoons mill-2016 b’tul ta’ siegħa u nofs. Iċ-ċikonji kienu għamlu snin twal iwasslu t-trabi lill-ommijiet. Iżda issa qed jintużaw biex iwasslu pakketti għal sid ta’ kumpanija fuq l-internet. Jum minnhom ikollhom iwasslu tifla sabiħa iżda li ma tkunx awtorizzata mill-kumpanija. Għalhekk tibda tellieqa kontra l-ħin biex titwassal it-tarbija fil-post fejn riedet titwassal qabel jinqabdu li kellhom delivery mhux suppost li jagħmluha..

Jaws 4: The Revenge – Italia 1 fil-11.05pm

Il-kelb il-baħar Jaws miet fl-ewwel film li nħadem dwaru. Imma f’dan ir-raba’ wieħed niltaqgħu ma’ kelb il-baħar ieħor li jkun irid ipattiha lill-armla taċ-Chief Brody li kien qatel lil Jaws l-oriġinali. Mhux hi biss kienet fil-mira imma anki l-familja tagħha. Fil-fatt jinqatel ibnu li jkun ħa post missieru. Film mill-1987 b’tul ta’ siegħa u nofs b’Lorraine Gary u Lance Guest.

Sudden Death – Rete 4 fil-11.55pm

Film mimli azzjoni mill-1995 f’tul ta’ siegħa u 51 minuta b’Jean-Claude Van Damme, Powers Boothe. Raġel li qabel kien jaħdem ma’ dawk li jitfu n-nirien  joħodha kontra grupp ta’ terroristi li jkunu qed iżommu ostaġġi lill-Viċi-President Amerikan fost oħrajn. Is-sena d-dieħla se jibda jintwera film ieħor li jkompli ma’ dan.

Under The Eiffel Tower – Netflix

Raġel ta’ mezz’età jkun għaddej minn kriżi emozzjonali. Biex jipprova jgħaddilu  jmur vaganza mal-akbar ħabib tiegħu li bil-familja jkun sejjer Pariġi. Waqt li jkun hemm jipproponi għaż-żwieġ lit-tifla ta’ dan ta’ 26 sena meta jkunu jinsabu taħt it-Torri Eiffel. Iżda jkollu sorpriża. Film li ħareġ is-sena l-oħra b’tul ta’ siegħa u 27 minuta b’Matt Walsh u Judith Godrèche.