X’tista tara llum is-Sibt 12 ta’ Ottubru fuq it-TV

Servizz ta’ kuljum b’għażla ta’ wħud mill-programmi li tista’ ssegwi llum.

Is-Sibt 12 ta’ Ottubru

Sibtek – TVM fis-12.45

Illum niltaqgħu ma’ Debbie Scerri u t-tifla tagħha Nicole li se tirrappreżenta lil Malta f’Miss World. X’sorpriża se tagħmel Debbie lil Nicole? Id-disinjatur Gaetano se jlaqqagħna mal-għarus tiegħu u anki ma’ ommu li se jkunu fuq Sibtek peress li Gaetano ħareġ filmat kontroversjali. Ruth u Phyllisienne żewġt iħbieb bi still differenti. Il-kantanta Maxine ma’ oħtha Ella. Niltaqgħu wkoll ma’ Cherylise u Kim u l-familja tagħhom li addottaw. Ikun hemm ukoll il-logħba The Box li trebbaħ ħafna rigali.

Radio Italia Live in Concert – TVM fid-9pm

Il-kunċert li sari l-ġimgħa l-oħra fuq il-Fosos tal-Furjana bis-sehem ta’ bosta artisti Taljani bħal Alessandra Amoroso, Gigi D’Alessio, Elisa, Francesco Gabbani, Guè Pequeno, J-Ax, Mahmood, Max Pezzali, Raf, Umberto Tozzi, Boomdabash flimkien ma’ Ira Losco, The Travellers u Cheb Khaled mill-Alġerija li hu l-aqwa ambaxxatur biex jgħaqqad flimkien il-ħoss tradizzjonali tal-Mediterran u dak tal-Pop Ewropew.

Sorelle – TVM 2 fil-11am

Ritratt: Ivan Borg

Ripetizzjoni tal-ħames puntati li xxandru matul il-ġimgħa. Nerġgħu nsibu ruħna għand il-psikjatra… tgħid Maxine x’se tgħidilha llum? Min kienet Sister Angela u x’kellha x’taqsam mat-tfal? U Maxine x’qaltilha dwarha lil Janice? Il-Madre kellmet lil Sister Angela… x’qaltilha… x’wissietha?

Futbol: TVM2 u Rai Uno

Illum tistgħu ssegwu dawn il-partiti:

Malta – Żvezja TVM 2 fid-8.45pm

Italja – Greċja Rai Uno fit-8.30pm

Be Our Guest – Net fit-3.05pm

Dulcima Aquilina flimkien mal-kok Daniel Gech llum se jintervistaw persuna li għandu aktar minn 80 camera tar-ritratti. Niskopru min hu matul il-programm.

JienInt – Net fl-4.30pm

Xi jfisser dan?  Għaliex donnu anke f’pajjiżna l-flus qed jieħdu mportanza minn Alla? Wara kollox mhux kulħadd għal ġol-kaxxa u kulħadd irid iħalli kollox warajh?  Kemm hu mportanti li Alla jiġi l-ewwel u qabel kollox u ghaliex? Suġġett ieħor interessanti li se jisfidana. Ovvjament għal min irid jilqa’ l-isfida.  Illum Francesca ltaqgħet ma’ Fr Karm fl-istudjos tiegħu u ma’ Sister Rachel fil-kunvent tal-Agostinjani fi Fleur De Lys.  B’dawn il-clips qosra se nsiru nafuhom ftit aktar.

The Entertainers – Net fit-8.30pm

Il-komiċi Mario Cassar u Rodney Gauci flimkien mal-attriċi Simone De Battista, l-illużjonista ta’ fama internazzjonali Vanni Pulè, il-kantanti Laura Bruno, Michela Galea, Danica Muscat u Victoria Sciberras, flimkien ma’ żeffiena minn Paul Curmi Dance Company se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla. Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, attrazzjoni ġdida minn dan l-istaġun hija d-diskussjoni Aħna l-Maltin. Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti flimkiena ma’ panel ta’ atturi popolari jekk aħna l-Maltin nafux nidħqu bina nfusna.

L-Għoġol tad-Deheb – One fl-10.30am

Pia tkun tilfet kollox. Id-dar, il-ħbieb, il-familja… tant li tispiċċa terġa’ tmur tgħix għand iz-zija Raquel. Imma xi jkun ġara? Minbarra hekk, niskopru li d-dar tan-nanna Carmen tkun se tispiċċa milli tkun proprjeta’ taz-zija Rita u taz-ziju Ino u tkun se tmur għand l-eredi tal-Gran Mastru Antoine De Vilhena. Imma għaliex jiġri dan? Issiru tafu dan kollu, u ħafna iktar, din il-ġimgħa.

Araniissa – One fit-8.30pm

F’dan l-ewwel programm naraw l-istorja ta’ Josephine minn Ħaż-Żabbar. Min jaf x’għandu lest għaliha Araniissa sabiex jippremja lil din il-mara umli ta’ qalb kbira? U x’għandu lest għal Natalie? Matul is-sajf Araniissa qata’ x-xewqa ta’ Nathalie billi ħadha ġita bil-ħelikopter fuq Malta u Għawdex grazzi dejjem għall-kaptan Joe u l-ġenerożità ta’ Pawlu Gauci. Iżda x’hemm lest għal Nathalie din il-ġimgħa? Tingħaqad fil-programm id-Dama Jessica li se tkun prezenti f’numru ta’ programmi biex tallegra lit-telespettaturi bl-umoriżmu u hlewwa tagħha. Ħoll xagħrek u ġib iż-zejt!

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Kiara Barnes, Adain Bradley, Darin Brooks f'”The Bold and the Beautiful”. Ritratt: Howard Wise/jpistudios.com

Zoe tippjana biex tiċċelebra s-suċċess tal-isfilata ma’ Xander.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Ritratt: Boomerang TV

Lucia toffri l-għajnuna tagħha lil Samuel biex b’hekk isolvi l-problemi finanzjarji tiegħu. Hu però jrid japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni u jikkonvinċiha biex ma tgħid ma’ ħadd li hijab int il-Markiż de Vàlmez.

Il Segreto – Canale 5 fit-3.15pm

Ritratt:  ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Dolores tħossha ferħana se ttir minħabba li n-neputija tagħha tkun se żżurha. Consuelo u Marcela jħossu li għandhom jikxfu l-verità.

Pink: La Forza delle Donne – La 5 fil-11.25pm

Sensiela ġdida ta’ tmien dokumentarji li jirrakkuntaw l-istorja ta’ disa’ persuni li rnexxielhom jissuperaw il-kanċer tas-sider u li flimkien u bdew jitħarrġu u ġrew fil-Maratona ta’ Madrid. Huma llum huma magħrufa bħala l-Pink Runners.

Cloud Atlas – Netflix

Tom Hanks, Halle Berry u Jim Broadbent jaħdmu f’dan il-film mill-2012 f’tul ta’ sagħtejn u 52 minuta. L-istorja sseħħ fi spazju ta’ 500 sena. Avukat jaħbi lsir maħrub fuq skuna fl-1849; kompożitur fqir qabel il-bidu tat-Tieni Gwerra jkun irid itemm l-akbar kompożizzjoni tiegħu qabel dak li għamel fl-imgħoddi jinkixef; ħaddiem robot fl-2144 jibda jħoss tqanqil fih bħalma jħossu l-umani.