X’tista’ tara llum il-Ħamis fuq it-TV

Sarah Camilleri, Veronica Farrugia u Lenies Gauci fis-sensiela fattigi. Aktar tagħrif aktar 'l isfel

Servizz ta’ kuljum fuq newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi li tistgħu ssegwu matul il-ġurnata.

Il-Ħamis 3 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm

Min mar id-dar ta’ Rose u Paul iħabbat fuq il-bieb filgħaxija fit-tard u għaliex ma riditx tiftaħ? X’qaltilha Maxine u ommha ammettiet jew ċaħdet dak kollu li kienet qaltilha? Paul wasal lura mis-safar… għaliex irid jistieden lil ħbieb tiegħu? Maxine fiex tidħol? X’aħbar kellha Bella u għaliex qed tafda lil Rose? Paul u Bella ħarġu… min mar iħabbat il-bieb meta t-tfal kienu waħidhom?

Fattigi – Net fid-8.45pm

X’se tkun id-deċiżjoni ta’ Mark fir-rigward ta’ Crystal? X’se tkun ir-reazzjoni ta’ Catherine meta ssir taf li Oliver huwa l-missier bioloġiku tagħha u li Maurizio jiġi ħuha? Kif se tmur id-date bejn Francis u Bertu? X’ġara minn Stefan? U fejn kienu sejrin Olaf u Samantha, tard billejl? X’ġaralha Martina? Għaliex qed tisma’ l-affarijiet? L-avukat se jikxef x’ġara?

Tereża – Smash fit-8.30pm

Kull nhar ta’ Ħamis f’dan il-ħin se tibda tixxandar din is-soap opera li oriġinarjament ixxandret fl-2015 b’kitba ta’ Sandro Vella u direzzjoni ta’ Ivan DeBattista u Jason Zerafa. Fiha jieħdu sehem bosta atturi magħrufa fosthom Sarah Camilleri, Geordie Schembri, Adrian Azzopardi, Neville Refalo u Simone DeBattista fost ħafna oħrajn. Kull ġimgħa jixxandru tlett puntati. Illejla fl-ewwel puntata niltaqgħu ma’ Tereża li taħdem fl-isptar. Hemmhekk hemm diversi karattri li jiffurmaw parti mill-ħajja tagħha ta’ kuljum iżda lura d-dar hemm ommha Ines u bintha Rebeccah. Fit-tieni puntata, Max jinkwieta mir-reazzjoni tal-pulizija hekk kif il-Pulizija tagħmel l-istħarriġ tagħha wara li tkun mietet Rose. Tereża u Ines jiddiskutu l-atteġġjament ta’ Rebeccah. Fit-tielet puntata Ines tkompli tinkwieta għal Rebeccah hekk kif ikompli jitgħalha d-deni. Mario jċempel lil Sandro biex jgħidlu bit-theddida ta’ Roger. Tereża tissuspetta li hemm xi ħaġa ħażina. 

Europa League – TVM 2 fid-9pm

F’xandira diretta l-partita Arsenal – Strandard Liege mill-kampjonat tal-Europa League.

Ilsien in-Nisa – One fit-8.30pm

Fl-ewwel programm insiru nafu aktar dwar l-‘instant gratification’.  Il-preżentaturi se jiddiskutu fuq kif qed niġu affettwati fil-ħajja tal-lum fil-mentalità tagħna li rridu kollox malajr.  Kif qed niġu nfluenżati mill-midja soċjali, fir-relazzjonijiet li qed nibnu, fuq kif it-tfal tagħna qed jittrabbew f’din il-mentalità iktar minn kif konna aħna u x’għandna nagħmlu? Mistiedna fil-programm se jkun hemm Jon Shaw li huwa Cognitive Behaviour Coach, Melissa Portelli, psikoterapista, u Veronica Vazeri, li hija Relationship and Motivational Coach.  Mistiedna wkoll Charles u Ron li se jkellmuna fuq il-kawża li tant qed jaħdmu għaliha, dik li jiġbru fondi għal żgħażaqħ mill-Indja li għandhom proġett biex jgħinu lil min qed jgħix fit-toroq.

X’Sar Minnhom? – TVM fl-10.05pm

X’sar minnhom? huwa programm li se jkollu mistiedna personaġġi Maltin li n-nies isaqsu dwarhom. L-ewwel mistiedna se tkun Grace Borg. Mara li malli taraha tiftakar fil Eurovision. Persuna li bla ma trid, timmaġinaha f’nofs kontroversja. X’qed tgħamel bħalissa? Alisa Pavia titkixxef aktar permezz tal-intervista li llejla se tagħmel lil Grace Borg.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Charlie jipproponi lil Pam biex jiżżewwġu. Hi taċċetta u tixtieq li ċ-ċerimonja ssir fid-dar tal-Forrester. Quinn taċċetta li jsir dan u Eric jidher kuntent bid-deċiżjoni ta’ martu.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Trini torganizza ikla privata biex matulha tgħarraf lil Ramon li hija tqila. Iżda mbagħad jerġa’ jibdielha.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Elsa ssofri minn uġieħ waqt li jkollha argument ma’ Antolina. Wara li Mauricio jirrakkonta lil Francisca dak li skopra dwar Roberto, il-mara tiddeċiedi li teħles mill-Kuban darba għal dejjem.

Euro Games – Canale 5 fid-9.25pm

Ilary Blasi u Alvin jwasslu edizzjoni oħra ta’ dan il-programm maħsub fuq il-format popolari ta’ Giochi Senza Frontiere. Sitt timijiet, kull wieħed jirrappreżenta pajjiż partikolari, jikkompetu ma’ xulxin f’logħob mill-aktar divertenti.

A Novel Romance – La5 fid-9.10pm

Dylan Bruce u Amy Acker huma l-protagonisti ta’ dan il-film tal-2015 dwar awtur li jkollu writer’s block u bil-għan li jispira ruħu biex ikompli jikteb imur iqatta’ xi jiem f’Portland fejn mingħajr ma jkun jaf, jiltaqa’ u jsir iħobb lill-ikbar kritiku tiegħu.

Moneyball – ġdid fuq Netflix

Dan il-film kellu l-premiere tiegħu f’Malta fit-18 ta’ Jannar 2012. Film mhux tas-soltu għall-attur Brad Pitt li f’dan il-film ma jidhirx f’xi parti li jisraq qalb mara imma jidher bħala maniġer ta’ tim tal-baseball  Oakland A’s li ma tantx ikun sejjer tajjeb fil-logħob. Jum minnhom jiddeċiedi li jibni tim ġdid minkejja li ma jkollux ħafna flus fil-baġit. Għalhekk jibda jdur għal plejers li kienu meqjusa bħala mhux tajbin biżżejjed iżda li hu fihom jara potenzjal kbir. Tgħid jirnexxilu jirbaħ lil timijiet oħra li huma ffinanzjati bil-kbir?