X’tista’ tara llum il-Ħamis 17 ta’ Ottubru fuq it-TV

Il Segreto fuq Canle 5. Dettalji aktar 'l isfel. Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION

Servizz ta’ kuljum fuq newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi fuq l-istazzjonijiet lokali, Taljani u Netflix.

Il-Ħamis 17 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm u fil-11.25pm

Ritratt: Ivan Borg

Fejn marret Maxine… x’inhuma jagħmlu l-Madre u Sister Angela? Min hu Tommy u x’qaltlu jagħmel il-Madre? Sister Angela fuq xiex mhix konvinta u x’marret tagħmel id-dar ta’ Leo? X’qalilha? Min kien hemm jittawwal minn wara l-purtiera?

Fattigi – Net fid-8.45pm

Mandy se tiskopri x’qed jiġrilha oħtha Martina? Catherine kif se tirreaġixxi għall-aħbar tal-mewt ta’ Petra? Francis jirnexxilha tagħmel ġurnata d-dar u ma tmurx xogħol? Jonathan x’se jgħidlu lill-Avukat? Olaf x’qed jissemma’ minn wara l-bieb?

Elf Metodu – One fl-10.30pm

Ritratt: Facebook

Wara li Karen tiġi akkużata bil-qtil makabru ta’ żewġha, isimha jispiċċa fuq ilsien in-nies. Saħansitra l-klijenti regolari tas-salon tagħha jibdew jgħidu biha. Imma l-isbaħ hu li mid-dehra hemm ħafna persuni li jixtiequ jeħilsu mir-raġel u jaqbdu jitolbu lil Karen biex tgħinhom. Fost dawn niltaqgħu Svetlana, tfajla li tixtieq teħles minn missierha ta’ bla rispett…

X’Sar Minnhom – TVM fl-10.05pm

Tiftakruh lis-Sur Bondin, li kien jagħmel bosta interventi waqt il-programm Xarabank? Illum se jkun qed jerġa’ jitfaċċa fuq l-iskrins tat-televiżjoni hekk kif Joe Debono, il-persuna li kien jinterpreta dan il-karattru se jkun il-mistieden ta’ Alisa Pavia waqt dan il-programm.

Ħajjitna Ktieb – TVM fl-10.30pm

It-tielet programm għandu bħala mistieden lil Richard Attard, l-awtur tal-ktieb Difrejn il-Falkun. Il-ktieb huwa thriller fejn organizzazzjoni tal-gvern Malti li għandha x’taqsam mat-terroriżmu, tipprova tipprevjeni attakk terroristiku fuq il-Vatikan.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Don Diamont u Katherine Kelly Lang fi Beautiful. Ritratt: Howard Wise/jpistudios.com

Katie u Thorne flimkien ma’ Ridge, imorru għand Liam u Wyatt biex jiċċaraw il-motivi li waslu lil Ridge biex jaġixxi kif aġixxa fi-konfront ta’ Bill.

Una Vita  – Canale 5 fis-2.10pm

Ritratt: Boomerang TV

Luċija ma temminx li l-mewt ta’ Joaquin kienet kawżata waqt serqa li marret żmerċ minħabba li missieru ma kienx xi wieħed sinjur.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Juanote jirrakkonta quddiem Isaax, Elsa, Marcela u Matias il-verità fuq Antolina.

Viceroy’s House – Rai Tre fid-9.20pm

Film li ħareġ sentejn ilu b’Hugh Bonneville u Gillian Anderson b’tul ta’ siegħa u 46 minuta. L-istorja tittratta dwar l-aħħar Viceroy li kien hemm fl-Indja fl-1947 li kien Lord Mountbatten. Il-Viceroy kien jirrappreżenta lill-monarkija Ingliża u f’dik il-ħabta l-Ingilterra kienet se tagħti l-indipendenza lil dak il-pajjiż kbir immens. Iżda ma kien faċli xejn għal Lord Mountbatten li jwassal għal qbil bejn il-partiti politiċi Indjani biex jaċċettaw ftehim li kien jissodisfa lil kulħadd.

Lol – La 5 fid-9.25pm

Miley Cyrus u Demi Moore fil-film LOL. Ritratt: MOVIEMAX MEDIA GROUP S.P.A.

Film li qed jixxandar għall-ewwel darba fuq it-TV Taljan u li huwa remake tal-film Franċiż li jġib l-istess siem. F’din il-verżjoni jaħdmu Miley Cyrus u Demi Moore. Lola ssir taf li l-maħbub tagħha bidilha u titilqu. Tibda’ ħbiberija ma’ Kyle iżda r-relazzjoni tagħhom tkun pjuttost diffiċli minħabba li huwa wieħed mill-iktar ħbieb kbar tal-eks maħbub tagħha.

The Foreigner –Netflix

Pierce Brosnan fil-film The Foreigner

Film bl-atturi Jackie Chan u Pierce Brosnan li ħareġ fl-2017 b’tul ta’ siegħa u 63 minuta. Negozjant b’passat moħbi jkollu lil bintu maqtula f’attakk terroristiku. Għalhekk jibda jitkixxef dwar dawn it-terroristi u minħabba f’hekk jidħol f’kompetizzjoni ma’ uffiċjal tal-gvern li l-imgħoddi tiegħu seta’ jwasslu għal ħjiel għal min kienu mdaħħla fl-attakk li qatel lil bintu.