X’tista’ tara llum il-Ġimgħa fuq it-TV

Min Imissu? illejla fuq One. Tagħrif dettaljat iktar 'l isfel

Servizz ta’ kuljum fuq newsbook.com.mt b’tagħrif dwar uħud mill-programmi li tistgħu ssegwu matul il-ġurnata.

Il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm

Insiru nafu min kien mar fit-tard iħabbat id-dar ta’ Rose u Paul. X’kien mar jagħmel? X’ġara? Janice qalet lil Gina biex iċċempel lil Maxine… x’riedet tgħidilha? Nerġgħu naraw lil Maxine tirrakkonta dak li kienet għaddiet minnu… min kien mar ukoll dak in-nhar fatat u x’opinjoni kellha ta’ Leo?

Futbol: Malta – Italja – TVM2 fil-5.30pm u Rai Due fil-5.15pm

F’xandira diretta minn Ta’ Qali, titwassal logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonat Ewropej tan-nisa 2021.

Min Imissu? – One fit-8.30pm

It-tim ta’ Min Imissu? jinsab tassew eċitat għax qed iħoss lill-udjenza qed tistennih lura bil-ħerqa! Għall-ewwel programm il-mistiedna hija Cassandra Spiteri li tinterpreta lil Bettina fit-teleserje L-Għarusa. Għalkemm għall-ewwel kienet kemxejn intimidata ma tantx damet biex qamet fuq tagħha, u t-tim tal-programm sar jaf ħafna affarijiet li żgur qatt ma stennew!

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Eric u Ridge mhumiex konvinti li Bill inbidel. Jinsabu ċerti li dan qed jilgħab logħba biex jiġbed lil Brooke lejh. Intant Bill joħroġ mill-isptar.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Celia u Lucia jippruvaw jitkixxfu fuq ir-relazzjoni li teżisti bejn il-ġenituri ta’ Lucia w il-Markiżi de Valmez. Maria tiġi milqugħa mill-kumplament tal-grupp.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Saul, mingħajr ma jaħsibha, jissokta bil-pjan li jkun ħema. Francisca twiegħed lil Roberta li se ssalvalu ħajtu.

Rosy Abate – Canale 5 fid-9.25pm

Fir-raba’ episodju tat-tieni staġun, Rosy u Regina jiddispraw meta jsiru jafu bl-arrest ta’ Leo. Hu jittieħed fil-ħabs ta’ Nisida fejn mill-ewwel jibda t-theddid fuq ħajtu.

Raising Dion – ġdid fuq Netflix

Sensiela ġdida fjamanta maqsuma f’disà puntati dwar mara li tisfa’ armla u ssir taf li binha għandu poteri sopranaturali. Tipprova taħbi dan il-fatt biex tevita li binha jiġi sfruttat waqt li fl-istess waqt tipprova titkixxef x’wassal għall-mewt ta’ żewġha.

In the Tall Grass – ġdid fuq Netflix

Film tal-biża’ maħruġ din is-sena b’tul ta’ siegħa u nofs ibbażat fuq in-novella ta’ Stephen King u Joe Hill. Fejn jidħol Stephen King malajr issib ruħek maqbud f’tensjoni li ma tħallikx sakemm jispiċċa l-film (u forsi anki wara wkoll). Fl-istorja niltaqgħu mal-aħwa Becky u Cal li jum minnhom, waqt li jkunu qrib xi ħaxix twil, jisimgħu vuċi ta’ tifel jgħajjat l-ajjut mill-istess ħaxix li kien intilef fih. Huma jmorru jsibuh imma jkun hemm xi forza li tifridhom. It-tnejn li huma jsibu rwieħhom maqbuda f’ġibda tal-ħaxix li ma tħallihomx joħorġu ’l barra minnha. Xi tkun li qed iżżommhom imsakkrin barra mid-dinja ta’ madwarhom? Jaħdmu Patrick Wilson, Laysla De Oliveira u Avery Whitted.