X’tista’ tara llum il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru fuq it-TV

Gianni Morandi fil-puntati l-ġodda ta' L-Isola di Pietro. Dettalji aktar 'l isfel Ritratt: Uffiċju Stampa Mediaset

Servizz ta’ kuljum b’tagħrif dwar programmi li tista’ ssegwi fuq l-istazzjonijiet lokali, Taljani u Netflix.

Il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru

Sorelle – TVM fit-3pm

Ritratt: Ivan Borg

Leo kien irrabbjat ħafna għal  Jodi… x’akkużaha li kienet qed tagħmel u hi xi staqsietu? X’ried jgħidilha lill-Madre meta Leo ċemplilha? X’qalu bejniethom? Għaliex il-Madra rrabjata? Fejn marret Sister Angela u min kien qed isegwiha? Min hu Brian?

Min Imissu? – One fit-8.30pm

Għall-edizzjoni tal-lejla aktar satira u umoriżmu. Min jaf x’hemm lest għall-mistieden tal-lejla, il-kok Neil Darmanin?

Xarabank – TVM fid-9pm

L-edizzjoni tal-lejla ta’ dan il-programm se tkun qed twassal diskussjoni fuq il-budget u lil hinn minnu.

Umani – TVM2 fit-8.15pm

Ripetizzjoni tal-programm ta’ nhar it-Tlieta. L-istorja tal-lum hi dwar Christine Mifsud li tilfet il-vista wara li welldet lit-tewmin tagħha Ġiulia u Milena. Illum 20 sena wara minkejja li kważi għamja baqgħet trabbi lil uliedha u għandha kuraġġ u pożittività enormi. Christine ċajtiera u maħbuba minn ħafna nies.  Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat.

Beautiful – Canale 5 fis-1.40pm

Alley Mills u Rena Sofer fi Beautiful. Ritratt: Howard Wise/jpistudios.com

Steffy, Liam u Hope jippruvaw isibu punt ta’ bilanċ biex ikunu jistgħu jgħixu f’armonija. Dan ifisser li jridu jrabbi flimkien lil uliedhom.

Una Vita – Canale 5 fis-2.10pm

Ritratt: Boomerang TV

Leonor tiddiskuti ma’ ommha peress li trid lil Casilda ssir ta fil-verità. Casilda tinkwieta għal Maria u titlob pjaċir lil Fabiana.

Il Segreto – Canale 5 fl-4.10pm

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Maria tinforma lil Adela li Francisca ddeċidiet li tintervjeni biex tiġi rtirata l-akkuża tal-Ministeru. Kollox jindika li Francisca hija mara mibdula. Imma vera? Jew inkella Francisca qegħda tilgħab xi logħba?

L’Isola di Pietro – Canale 5 fid-9.20pm

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Mil-lejla jibdew il-puntati tat-tielet staġun ta’ din is-sensiela b’Gianni Morandi fil-parti ewlenija. Pietro jsalva tarbija minn dar li tkun inħakmet minn nirien. Elena tipprova tiskopri min kienet omm it-tarbija u x’kien wassal biex id-dar tingħata n-nar.

Ghosts of Girlfriends Past – La 5 fid-9.10pm

Matthew McConaughey, Jennifer Garner u Michael Douglas huma l-protagonisti f’din il-kummiedja romantika li hija bbażata fuq l-istorja ta’ A Christmas Carol ta’ Charles Dickens, b’differenza li flok li l-istorja sseħħ fil-Milied u lejlietu, din il-ġrajja sseħħ f’lejliet Jum ta’ tieġ u dak li jseħħ l-għada.

Riverdale – Episodju ġdid fuq Netflix

Fit-tieni puntata tar-raba’ staġun Archie jinkuraġixxi lil Mad Dog biex jattendi Riverdale High u jissieħeb fit-tim tal-futbol. Jughead jiltaqa’ ma’ Mr. Chipping. Kevin jipprova jirranġa r-relazzjoni tiegħu ma’ Betty.